Fl-ewwel partita li kellna llum f’St James Park mis-Sepa Cup ippreżentata minn Visit Malta, iltaqgħu OGC Nice u Fiorentina fejn kienu t-tim ta’ Vincenzo Italiano li kisbu l-punti f’rebħa ta’ 2-1.

Fiorentina marru fil-vantaġġ fis-sbatax il-minuta meta kien Christian Kouname li tefa’ ballun l-quddiem u sab lil LUCA JOVIC li b’xutt fil-baxx tefa’ l-ballun wara l-goalkeeper Kasper Schmeichel.

Fil- 25 minuta reġgħu kienu Fiorentina, meta din d-darba kien Luca Jovic li tefa’ kross fil-baxx li sab lil Nanitamo Ikone li kellu konklużjoni fjakka u li kienet salvata bla ebda problemi minn Kasper Schmeichel.

Tlett minuti wara u waslet l-ewwel azzjoni minn OCG Nice meta kien corner ta’ Bilal Brahimi u l-ballun spiċċa għand Ayoub Amraoui li kellu l-konklużjoni tiegħu salvata minn Pietro Terracciano.

Fi 32 minuta wieġbu l-Viola, meta kien Luca Ranieri li pprova x-xutt mid-distanza u li kien mdawwar f’corner mil-goalkeeper Schmeichel.

Fl-azzjoni sussegwenti, mill-corner Fiorentina kabbru l-marġni tal-iskor, meta wara taħwida fil-kaxxa l-ballun spiċċa għand CHRISTIAN KOUAME li minn taħt il-lasta ma ħafirx, biex l-ewwel taqsima ntemmet bl-iskor ta’ 2-0.

L-ewwel azzjoni tat-tieni taqsima waslet mal- 50 minuta meta kien Christian Kouame li pprova x-xutt minn tarf il-kaxxa u li kien salvat mill-goalkeeper.

Wara din l-azzjoni l-partita kienet karatterizzata b’ħafna logħob f’nofs l-ground, fejn ma kienet innotata ebda azzjoni oħra ta’ nota.

Dan sakemm ħames minuti mit-tmiem, Nice naqsu l-margni tal-iskor meta kien BADREDINE BOUNANI li wara li avvanza kellu x-xutt bid-dawra minn barra l-kaxxa u l-ballun spiċċa wara l-goalkeeper Pietro Terracciano.

Skor Finali: FIORENTINA 2-1 OCG NICE

REFEREE: Jarred Gillet

Fil-17:00 tibda l-partita bejn Newcastle United li ser jilgħabu kontra Villarreal. It-team ta’ Eddie Howe jridu l-punti sabiex ikunu konfermati bħala r-rebbieħa tas-Sela Cup, li hija ippreżentata minn Visit Malta.

KLASSIFIKA
LagħbuPunti
1 – ACF Fiorentina25
2 – Newcastle United15
3 – OCG Nice23
4 – Villarreal CF12

 

Ritratti: Domenic Aquilina