F’temp tipikament Ingliż u xitwi, ftit tal-ħin ilu intlagħbet l-ewwel logħba mis-Sela Cup li hija ppreżentata minn Visit Malta, fejn f’St James Park Villareal ta’ Spanja u OGC Nice ta’ Franza spiċċaw fi draw ta’ 1-1.

L-ewwel taqsima kienet magħmula minn ħafna logħob f’nofs il-ground, biz-żewġ timijiet ftit li xejn kienu perikolużi u għarfu jinewtralizzaw lill-xulxin biex l-ewwel taqsima għalqet 0-0.

Fil-bidu tat-tieni taqsima kienu Villareal li fetħu l-iskor, meta fil-51 minuta ġew mgħotija penalty, wara foul fil-kaxxa fuq Jose Luis Morales. Inkariga mill-penalty Ben Brenton Diaz li ra l-ewwel tentattiv tiegħu jkun salvat parzjalment mill-goalkeeper Marcin Bulka, bil-ballun li reġa’ spiċċa għand Diaz li mir-rebound tefa’ fix-xibka.

Il-Franċiżi għamlu l-iskor indaqs ħames minuti wara, meta kien Terem Moffi li għadda ballun lejn Morgan Sanson li b’xutt minn ġol-kaxxa għeleb lil Filip Jorgensen u għamel l-iskor 1-1.

Skor finali: OGC NICE 1-1 VILLAREAL.

Referee:  Rob Jones

Ritratti: Domenic Aquilina