It-Team ta’ Valletta IZIBET rebaħ it-Tazza tal-Għaqda Ġurnalisti Sports 2023 organizzata mill-Assoċjazzjoni tal-Isport Akkwatiku ta’ Malta.

Il-Finali tat-Tazza GħĠS din is-sena kienet kkontestata bejn iż-żewġ protagonisti ewlenin tal-Ewwel Diviżjoni tas-sena 2022; Marsaskala ESC u Valletta IZIBET, b’dawn tal-aħħar joħorġu rebbieħa f’taqtigħa ħarxa fejn Valletta IZIBET għelbu lill-Marsaskala ESC bl-iskor ta’ 9-8. Din il-finali serviet bħala ftuħ mill-isbaħ għall-Kampjonat Nazzjonali tas-Sajf 2023.

Fost il-plejers ta’ Valletta IZIBET, kien hemm iż-żewġ plejers barranin ġodda, Andrija Vlahovic u Ivan Nagaev. Min-naħa l-oħra, għal Marsaskala ESC iddebuttaw iż-żewġ plejers barranin ġodda tagħhom, Benco Batori u Ferenc Salamon.

Wara l-partita, l-President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports, Sandro Micallef ippreżenta t-Tazza tal-GħĠS 2023 lill-captain ta’ Valletta IZIBET, Daniel Paolella.

L-Għaqda Ġurnalisti Sports tawgura lil Valletta IZIBET għal dan is-suċċess miksub u tawgura wkoll lil San Giljan JP Projects li rebħu t-Tazza tal-President 2023 meta fil-finali rebħu kontra Sliema Frank Salt logħba li ntlagħbet lbieraħ wkol fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq.

L-Għaqda Ġurnalisti Sports tawgura kull suċċess lit-tnax-il team li se jkunu qed jipparteċipaw fil-League Nazzjonali tas-Sajf 2023.

Ritratt: Il-Captain ta’ Valletta IZIBET Daniel Paolella ippreżentat bit-Tazza GħĠS 2023 mill-President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Sandro Micallef

Ritratti: Domenic Aquilina