L-Għaqda Ġurnalisti Sports (GħĠS) bi pjaċir tħabbar li se torganizza tour sabiex il-membri interessati jkunu jistgħu jsegwu mill-qrib lit-tim nazzjonali Malti waqt l-impenn li għandu fi Grupp Ċ ta’ Kwalifikazzjoni għall-Uefa Euro 2024 kontra l-Ingilterra f’Wembley Stadium f’Londra. Il-logħba hija skedata għas-17 ta’ Novembru 2023.

Dan it-tour se jkun organizzat bejn is-16 u t-18 ta’ Novembru. Għall-prezz ta’ €460 hemm inkluż it-titijiriet minn Malta lejn Heathrow u lura lejn Malta permezz tal-linja tal-ajru Air Malta, u akkomodazzjoni ta’ żewġt iljieli f’lukanda ċentrali f’Londra fuq bażi ta’ Bed and Breakfast. It-tluq tat-titjira tas-16 ta’ Novembru huwa kmieni filgħodu filwaqt li r-ritorn hija titjira ta’ tard filgħaxija tat-18 ta’ Novembru jiġifieri tour ta’ 3 ijiem sħaħ.

Il-membri tal-GħĠS li jixtiequ japplikaw għall-akkredirazzjoni biex ipoġġu fil-media area waqt il-logħba jistgħu jagħmlu dan meta jibda l-proċess tal-akkreditazzjoni.

It-tour huwa miftuħ wkoll għall-publiklu ġenerali iżda l-biljett tal-logħba mhux inkluż fil-prezz imma huwa garantit.

Dawk kollha interessati huma mitluba li jagħmlu kuntatt billi jibagħtu email fuq info@maltasportsjournalists.com jew iċemplu fuq 99869371.