Hekk kif resqin lejn tmiem is-sena, il-Kumitat Organiżattiv ta’ SportMalta Awards l-Għażliet Sportivi Nazzjonali fetaħ uffiċjalment il-proċess tan-nominazzjonijiet għall-edizzjoni tas-sena 2022.

L-assoċjazzjonijiet u l-federazzjonijiet għadhom kif irċevew il-kommunikazzjoni uffiċjali u stedina sabiex huma jinnominaw lill-atleti tagħhom fil-kategoriji stabbiliti li huma l-Isportiv u l-Isportiva tas-sena, iż-Żagħażugħ u ż-Żagħżugħa tas-Sena, il-Kowċ u l-Uffiċjal tas-sena flimkien mat-Team tas-Sena.

In-Nominazzjonijiet jagħlqu fis-16 ta’ Jannar bis-serata ta’ premjazzjoni mistennija ssir fl-aħħar ta’ Frar. Għal sena oħra l-Għażliet Sportivi Nazzjonali se jkunu organizzati b’mod konġunt bejn l-Għaqda Ġurnalisti Sports u SportMalta.

Aktar informazzjoni dwar il-proċess ta’ nominazzjoni u r-regolamenti tista’ tinkiseb minn hawn: https://www.maltasportsjournalists.com/sportmalta-awards-ghazliet-sportivi-nazzjonali-rules-regulations-regolamenti/