L-Għaqda Ġurnalisti Sports (GħĠS) għal sena oħra organizzat it-tournament tradizzjonali ta’ Boxing Day, fejn kien hemm il-parteċipazzjoni ta’ erba’ timijiet: tim li jirrapreżenta lill-media, tim li jirrapreżenta il-kowċis tal-Malta Football Coaches Association (MFCA), tim li jirrapreżenta lir-referis organizzat mill-Malta Football Referees Association u tim magħmul mill-istaff tal-Malta Football Association (MFA). Ir-rebbieħa ta’ dan it-tournament kienu t-team tal-kowċis tal-MFCA.

Dan it-tournament reġa’ kien organizzat wara nuqqas ta’ sentejn, minħabba l-pandemija. Il-parteċipanti kollha kienu onorati bil-preżenza tal-E.T. il-President ta’ Malta Dr George Vella, illi attenda għall-ħabta tal-10 a.m, fejn għal ftit minuti qasam il-ħsibiijiet tiegħu ta’ din il-ġurnata impenjattiva għal;ih u ta l-kick off simboliku tat-tieni sett ta’ logħbiet.

Il-parteċipanti kollha anki dawk il-membri mill-assoċjazzjonijiet varji li ma lagħbux u kienu preżenti bħala sostenn, għamlu d-donazzjoni tagħhom u s-somma totali miġbura kienet ta’ €1,100 li se tkun ippreżentata waqt l-Istrina.

Ir-riżultati kollha kienu dawn:

GħĠS 1-1 MFRA
MFA 0-5 MFCA
GħĠS 1-7 MFCA
MFA 3-0 MFRA
GħĠS 1-3 MFA
MFCA 6-2 MFRA

L-Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports jirringrazzja lill-ogħla uffiċjali tal-MFA illi għal darba oħra ipprovdew il-faċilità tas-Centenary Stadium, lill-MFRA talli offrew żewġ referis biex jikkontrollaw il-logħbiet u anki l-MFCA tal-parteċipazzjoni tagħhom għal sena oħra.

Fuq talba ġenerali, tournament simili se jsir f’Sibt il-Għid mis-sena d-dieħla bil-parteċipazzjoni ta’ teams mistedna mill-Għaqda Ġurnalisti Sport.