L-Għaqda Ġurnalisti Sports qiegħda tilqa’ offerti għall-memorabilia sportiva li qed tiġi irkantata biex jinġabru fondi għall-kura tat-tifel Luca Maia li hu t-tifel tal-player ta’ Marsa FC Patrick Maia.

Din il-memorabilia sportiva hija regalata mill-kollezzjoni privata tal-ġurnalist sportiv Antvin Monseigneur li b’kollaborazzjoni mal-Għaqda Ġurnalisti Sports daħħlu fl-impenn sabiex jiġbru flus għall-dan l-għan nobbli. L-oġetti sportivi li għalihom qed jintlaqgħu l-offerti huma:

1. Flokk tat-team Nazzjonali Taljan tal-player Eder li bih lagħab kontra Malta iffirmat minn wara u li qiegħed fi frame.
2. Flokk tat-team Nazzjonali Taljan (bla numru) iffirmat minn Andrea Pirlo u Gianluigi Buffon
3. Minimoto replika tal-mutur tac-champion tal-Moto GP Valentino Rossi
4. Beritta ta’ Valentino Rossi iffirmata mill-istess sewwieq

Il-flus li jinġabru minn dan l-irkant se jingħataw lil Familja ta’ dan it-tifel sabiex fi żmien qasir ikunu jistgħu isiefru u jagħtuh il-kura mehtiega. Kull min jixtieq li jagħmel offerta jista jikkuntatja lil Antvin Monseigneur fuq 79211076 jew jibghat messaġġ fuq il-paġna ta’ facebook ta’ Malta Sports Journalists Association.