Maltco Lotteries uriet l-apprezzament tagħha lejn it-talent lokali u lejn ir-rebbieħa tal-iSportMalta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali, b’għajnuna finanzarja.  Din hija t-tmien sena konsekuttiva li l-operatur tal-Lotterija Nazzjonali qed jissaportja dan l-avveniment. L-atleti lokali kienu ġew ippremjati għas-suċċessi miksuba fl-2019, fl-edizzjoni ta’ SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali ta’ Frar li għadda organizzatta mill-Għaqda Ġuranlisti Sports flimkien ma’ SportMalta.

Maltco Lotteries ilhom jissaportjaw dan l-avveniment għal dawn l-aħħar snin, hekk kif ikkonferma dan il-Kap Eżekuttiv tal-Kumpanija, Vasileios Kasiotakis. “Apparti milli aħna wieħed mill-isponsors uffiċjali ta’ dawn l-iSportMalta Awards, Maltco dejjem ipprovdiet sapport finanzjarju lir-rebbieħa bħala nkuraġġiment sabiex ikomplu javvanzaw fil-karriera sportiva tagħhom.”

Il-President tal-Għaqda Ġuranlisti Sports, Sandro Micallef irringrazzja lill-Maltco Lotteries għall-appoġġ kontinwu tagħhom lejn l-iSportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali u kif ukoll għall-għajnuna kontinwa lejn l-isport f’Malta.

L-avveniment annwali ta’ din is-sena kien wieħed speċjali għax kien is-60 anniversarju mill-ewwel edizzjoni tal-iSportiv tas-Sena fl-1960 u l- 50 sena anniversarju mit-twaqqif tal-Għaqda Ġurnalisti Sports li lura fl-1970 kienet tissejjaħ Għaqda Kittieba Sports.

Ir-rebbieħa li bbenifikaw għotja ta’ €500 kull wieħed din is-sena mingħand Maltco Lotteries huma:

  • Lisa Marie Bezzina – Sportiva tas-Sena – Atletika
  • Jordan Gusman – Sportiv tas-Sena – Atletika
  • Jake Muscat – Żagħżugħ tas-Sena – Water polo
  • Maya Azzopardi – Żagħżugħa tas-Sena – Għawm
  • Joe Caruana Curran – Uffiċjal tas-Sena – President tal-Aquatic Sports Association
  • Karl Izzo – Kowċ tas-Sena – Kowċ Nazzjonali tal-Water polo
  • Elusive II – Tim tas-Sena – Ibburdjar

Maltco Lotteries awgurat lir-rebbieħa kollha għall-ħidma kontinwa u għad-dedikazzjoni tagħhom, filwaqt li tixtiqilhom aktar suċċess fil-karriera tagħhom u li jkomplu jinkoraġixxu atleti oħra u uffiċjali biex bħalhom jinvestu fil-karriera sportiva.