Boxing day Tnament 2013

It-Tournament tal-football tradizzjonali ta’ Boxing Day organizzat mill-Għaqda Ġurnalisti Sports din is-sena ntrebaħ minn żewġ timijiet: l-MFCA u l-MFA, dan wara li ż-żewġ timijiet spiċċaw bl-istess ammont ta’ punti fi tmiem dan it-Tournament bejn erba’ timijiet.

Din kienet l-ewwel darba fl-istorja ta’ dan it-Tournament li ilu jsir mis-snin 80′ li żewġ timijiet spiċċaw bl-istess ammont ta’ punti.
Għaldaqstant ix-Shield tar-rebbieħa se tinżamm sitt xhur kull wieħed bejn l-MFCA Malta Football Coaches Association u l-MFA Malta Football Association bit-tim iffurmat mill-impjegati tal-MFA iżomm ix-Shield għall-ewwel sitt xhur minħabba goal average aħjar.
It-Tim iffurmat mill-ġurnalisti spiċċa runner up wara li rebaħ lit-team tar-Referees 4-1 fl-aħħar logħba.
Fi tmiem it-Tournament il-President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports, Charles Camenzuli ppreżenta ix-Shield lir-rebbieħa.
Hekk kif sar fl-aħħar erba’ edizzjonijiet kull min lagħab fit-Tournament u min kien preżenti ta donazzjoni b’risq l-Istrina u s-somma miġbura din is-sena kienet ta’ EUR1300.
L-Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports jirringrazzja lit-timijiet parteċipanti u lill-MFA talli offriet il-faċilitajiet tas-Centenary Stadium għal dan it-Tournament.