Sportivi Jan 2014 backdrop

L-Għaqda Ġurnalisti Sports illum ħabbret is-semi finalisti fil-kategoriji kollha tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali.
Dan l-avveniment ilu jsir mill-1970 u l-edizzjoni ta’ din is-sena se tkun il-53 -il edizzjoni ta’ dawn l-Għażliet Sportivi Nazzjonali.
L-edizzjoni tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali li se jippremjaw lill-atleti u uffiċjali għal kisbiet tagħhom matul is-sena 2013 se ssir il-Ġimgħa 31 ta’ Jannar 2014.
Wara li fl-aħħar erba’ snin dan l-avveniment kien qed ikun organizzat bis-sħab u bl-għajnuna finanzjarja tal-Kunsill Malti għall-Isport, l-edizzjoni ta’ din is-sena se tkun organizzata mill-Għaqda Ġurnalisti Sport waħidha.
Din ma kientix deċiżjoni meħuda mill-GħĠS iżda deċiżjoni tal-istess KMS u l-Gvern li infurmaw lill-GħĠS li għal din is-sena ma jistgħux jagħtu fondi diretti għall-organizazzjoni.
Minkejja dan, bħalissa għaddejja diskussjonijiet sabiex kemm il-KMS u s-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Isport jgħinu u jkunu parteċipi fl-uniku għażliet sportivi f’pajjiżna li r-rebbieħa jintgħażlu mill-ġurnalisti tal-Isport membri GħĠS.
Il-Lista tas-Semi finalisti hie din:

Sportiv tas-Sena

  • Camilleri Steve (Waterpolo)
  • Chetcuti Andrew (Għawm)
  • Chetcuti William (Sparar)
  • Corito Billy (Boxing)
  • Farrugia David (Bocci)
  • Galea Keith (Triathlon)
  • Moore Kevin (Atletika)
  • Pulis Rodmar (Weightlifting)
  • Schembri Andre (Football)
  • Zahra Daniel (Kickboxing)

Sportiva tas-Sena

  • Abela Sue (Ten-Pin bowling)
  • Bezzina Eleonor (Sparar)
  • Camilleri Rebecca (Atletika)
  • Carabott Ylenia (Football)
  • Farrugia Francesca (Netball)
  • Gatt Nicole (Weightlifting / Atletika)
  • Genovese Elaine (Tennis)
  • Pace Hannah (Triathlon)
  • Spiteri Carmen (Lawn bowls)
  • Vella Wood Michelle (Triathlon)

Uffiċjal tas-Sena

  • Brincat Pierre (Football)
  • Bugeja Jimmy (Sparar)
  • Caruana Jesmond (Weightlifting)
  • Dalli Cyprian (Triathlon)
  • Degiorgio Vincent (Pool)
  • Galea Envic (Judo)
  • Grima Alan (Handball)
  • Izzo Karl (Waterpolo)
  • Neil Damian (Rugby)
  • Pace Johann (Sewqan)

Tim tas-Sena

  • Bocci – Tim Nazzjonali Raffa
  • Football – Tim Nazzjonali Nisa
  • Ġinnastika – Tim Nazzjonali Nisa
  • Handball – Tim La Salle Nisa
  • Pool – Tim Nazzjonali Irgiel
  • Rugby – Tim Nazzjonali Irgiel
  • Squash – Tim Nazzjonali Nisa
  • Ten Pin Bowling – Mixed Doubles
  • Ten Pin Bowling – Tim Nazzjonali
  • Waterpolo – Tim Nazzjonali Rġiel

Żagħżugħ tas-Sena

  • Buttigieg Suzanne (Ġinnastika)
  • Dalli Peppijna (Ġinnastika)
  • Gatt Nicole (Weightlifting / Atletika)
  • Giordemaina Gary (Lotta)
  • Muscat Neil (Għawm)
  • Sammut Katrina (Tennis)
  • Sultana Colette (Squash)
  • Xuereb Nathan Lee (Sparar)

Rikonoxximenti Specjali :

  • Premju Speċjali : FAIR PLAY rikonoxxut mill-Fair Play International
  • Ġurnalist  veteran li għen fl-iżvilupp tal-media u l-isport f’pajjiżna
  • Attivita’ internazzjonali organizzata minn assoċjazzjoni nazzjonali
  • Rikonoxximent lil atleta/i b’diżabilita’
  • Atleta Għawdxi