L-Għaqda Ġurnalisti Sports mistiedna mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għat-tiġdid tal-ftehim ma’ Manchester United
Malta ser terġa tkun id-destinazzjoni uffiċjali tal-klabb ta’ fama internazzjonali Manchester United hekk kif l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu u Manchester United ħabbru li ser ikunu qed iġeddu il-ftehim tagħhom li permezz tiegħu il-klabb ser ikun qed jippromovi lil Malta bħala destinazzjoni turistika, mas-segwaċi u l-ammiraturi li l-istess klabb għandu madwar id-dinja u li jammontaw għal 1.1 biljun persuna. Manchester United u Malta għandhom rabta dejjiema, li hija ikkaratterizzata minn storja twila, b’Malta hija s-sede ta’ l-eqdem klabb tas-sapporters tal-Manchester United. Permezz ta’ dan il-ftehim, il-brand VisitMalta ser tkun qed tibbenifika minn viżibilita’ b’saħħitha waqt il-logħbiet li jintlagħab ġewwa Old Trafford, u anke fuq il-mezzi diġitali, midja soċjali, u midja stampata madwar id-dinja kollha. Id-dettalji ta’ dan it-tiġdid, kienu mħabbra waqt attivita’ li ġiet organizzata ġewwa Old Trafford, f’Manchester, fil-preżenza ta’ l-Onorevoli Clayton Bartolo, Ministru għat-Turiżmu; is-Sur Anthony Gatt, Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu; u s-Sur Carlo Micallef, Kap Eżekuttiv tal-Awtorita’ [...]

