News

20 03, 2024

Qormi Daikin wins the Hockey Super Cup presented by the Malta Sports Journalists Association

By |March 20th, 2024|0 Comments

Qormi Daikin lifted the Hockey Super Cup after beating Trust Payments Floriana Young Stars 3-1 in the final. Daniel Ellul opened the score for Qormi Daikin in the first quarter, and Floriana's immediate reply came from Anton Saliba. The second and third quarters ended goalless, but in the final quarter, Qormi scored through Juan Sarcia and Luke Bajada. Qormi Daikin's celebrations reached their utmost when Malta Sports Journalists Association's Executive Committee Member Robert Busuttil presented the Super Cup to Qormi's player Nathan Pace Gasan.

20 03, 2024

Qormi Daikin ippreżentati s-Super Cup tal-Hockey mill-Għaqda Ġurnalisti Sport

By |March 20th, 2024|0 Comments

Qormi Daikin rebħu s-Super Cup tal-Hockey meta fil-finali għelbu lil Trust Payments Floriana Young Stars 3-1. Kienet logħba ferm sabiħa u emozzjonanti biż-żewġ naħat viċin xulxin fl-ewwel tliet quarters sabiex fl-aħħar sbatax-il minuta u nofs kienu l-Qriema li skorjaw żewġ gowls importanti li bihom ħadu t-tazza. Daniel Ellul kien poġġa lil Qormi Daikin minn fuq fl-ewwel quarter bi Floriana jirrispondu immedjatament permezz ta’ Anton Saliba. Fit-tieni u t-tielet quarter ma sar ebda gowl sabiex fir-raba’ quarter, Qormi skorjaw żewġ gowls li għenuhom jirbħu din il-partita. Juan Sarcia skorja t-tieni gowl b’Luke Bajada li minn kontrattakk għamilhom 3-1. Fi tmiem il-konfront setgħu jibdew iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Qormi Daikin li laħqu l-qofol tagħhom mal-preżentazzjoni tat-tazza minn Robert Busuttil, membru fil-kumitat eżekuttiv fi ħdan l-Għaqda Ġurnalisti Sport lill-plejer ta’ Qormi Nathan Pace Gasan.

15 03, 2024

L-Għaqda Ġurnalisti Sports terġa’ tirċievi fondi mill-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju

By |March 15th, 2024|0 Comments

L-Għaqda Ġurnalisti Sports (GħĠS) bi pjaċir tħabbar li rċeviet fondi mill-iskema Small Initiative Support Scheme (SIS), amministrata mill-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju bl-appoġġ tal-Ministeru għall-Inkluzjoni u l-Għaqdiet Volontarji (MIV). Dawn il-fondi ġew mogħtija lill-GħĠS wara li s-sena l-oħra l-istess GħĠS irċeviet fondi mit-Training Initiative Scheme (TIS), sabiex organizzat seminar dedikat lin-nisa fil-ġurnaliżmu sportiv, li kien l-ewwel wieħed ta' xorta tiegħu f'pajjiżna. L-għotjiet lill-għaqdiet volontarji ġew ippreżentati mill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia Farrugia Portelli, miċ-Chairperson tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat (MCVS) Gertrude Buttigieg u mill-Kap Eżekuttiv tal-MCVS Mauro Pace Parascandalo. Permezz ta' dawn il-fondi l-GħĠS se tibqa' kommessa li tippromwovi u tagħti s-sostenn tagħha għal dawk kollha involuti fis-settur tal-ġurnaliżmu sportiv f'pajjiżna. Dawn il-fondi mis-SIS se jiġu allokati sabiex l-GħĠS torganizza seminar ieħor interessanti, din id-darba dwar il-Mobile Journalism, magħruf aħjar bħala MOJO. Ritratt: (Mix-Xellug) Il-Kap Eżekuttiv tal-MCVS Mauro Pace Parascandalo, il-Viċi President tal-GħĠS Clinton Buhagiar, is-Segretrju Ġenerali tal-GħĠS Lorraine Cunningham, il-Ministru [...]

15 03, 2024

Malta Sports Journalists Association attains grant from Malta Council for Voluntary Sector

By |March 15th, 2024|0 Comments

The Malta Sports Journalists Association (MSJA) proudly announces its successful attainment of a grant from the Small Initiative Support Scheme (SIS), managed by the Malta Council for Voluntary Sector (MCVS) and supported by the Ministry for Inclusion and Voluntary Organisations (MIV). This significant achievement follows the Association's previous grant through the Training Initiative Scheme (TIS), organising the first ever seminar dedicated to women in sports journalism. The grants to voluntary organisations were presented by the Minister for Inclusion and Voluntary Organisations Julia Farrugia Portelli, together with the MCVS' Chairperson Gertrude Buttigieg and the MCVS' Chief Executive Officer Mauro Pace Parascandalo. The grant, provided by MCVS, underscores the dedication and hard work of the Malta Sports Journalists Association in promoting sports journalism excellence within the Maltese community. The grant from the Small Initiative Support Scheme aligns with MSJA's overarching goal of advancing sports journalism standards, nurturing talent, and promoting the [...]

Go to Top