News

21 05, 2024

L-Għaqda Ġurnalisti Sports issellem il-memorja ta’ Christopher Busuttil Leaver

By |May 21st, 2024|0 Comments

L-Għaqda Ġurnalisti Sports tingħaqad mal-komunità sportiva u ssellem il-memorja ta’ Christopher Busuttil Leaver. Huwa kien isegwi l-futbol imbagħad il-hockey, fejn beda bħala plejer u wara kien fl-ogħla karigi fit-tmexxija tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Hockey. Huwa serva bħala Segretarju Ġenerali u wara bħala President fejn kien involut fl-organizzazzjoni ta' diversi tournaments internazzjonali fosthom il-Hockey Challenge Tournament li l-European Hockey Association kienet fdat f'idejn l-assoċjazzjoni Maltija. Għal diversi snin kien membru attiv fl-Għaqda Ġurnalisti Sports billi kien kontributur regolari bħala kummentatur tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Hockey fuq l-istazzjon sportiv tal-pjattaforma Melita. Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports jibgħat il-kondoljanzi lill-membri kollha tal-familja Busuttil Leaver. Ritratt: Christopher Busuttil Leaver waqt l-attività soċjali ta' zmien il-Milied, organizzata mill-Għaqda Ġurnalisti Sports, f'Diċembru tal-2017.

16 05, 2024

Malta Sports Journalists Association congratulates Joanna Camilleri for her remarkable European 10th place at the AIPS Sport Media Awards 2023

By |May 16th, 2024|0 Comments

The Malta Sports Journalists Association (MSJA) proudly takes note of the remarkable result of its esteemed member, Joanna Camilleri, who has secured a remarkable 10th place in the European ranking for the VIDEO ATHLETE PROFILE category at the prestigious AIPS Sport Media Awards 2023. Her audiovisual feature about Filip Filipovic, one of the greatest water polo players of all time, was broadcast on the Public Broadcasting Services' TV station TVMsport+ during the programme Swim Up. The AIPS Sport Media Awards are a testament to the relentless pursuit of excellence in sports journalism, and Joanna Camilleri's recognition is a testament to her exceptional storytelling abilities, her keen eye for detail, and her unwavering passion for sports. Ms. Camilleri's achievement not only reflects her individual talent but also underscores the calibre and expertise of our esteemed members within the Malta Sports Journalists Association. This achievement also encourages those who are considering [...]

16 05, 2024

L-Għaqda Ġurnalisti Sports tifraħ lil Joanna Camilleri li għamlitha mal-ewwel għaxra fl-Ewropa fl-AIPS Sport Media Awards 2023

By |May 16th, 2024|0 Comments

L-Għaqda Ġurnalisti Sports (GħĠS) tinnota b’sodisfazzjon ir-riżultat ta’ membru minn tagħha, Joanna Camilleri, li ġiet fl-għaxar post fl-Ewropa fil-kategorija tal-VIDEO ATHLETE PROFILE fl-AIPS Sport Media Awards 2023. Il-produzzjoni awdjoviżiva tagħha dwar Filip Filipovic, wieħed mill-aqwa plejers tal-water polo ta' kull żmien, dehret fuq l-istazzjon tal-Public Broadcasting Services, TVMsport+, waqt il-programm Swim Up. L-AIPS Sport Media Awards huma prova ċara tax-xogħol kostanti eċċellenti fil-ġurnaliżmu sportiv, u r-rikonoxximent ta’ Joanna Camilleri huwa prova tal-abbilitajiet eċċezzjonali tal-ispjegazzjonijiet tagħha, l-attenzjoni tagħha għad-dettall, flimkien mal-passjoni tagħha għall-isport. Ir-riżultat ta’ Camilleri ma jirriflettix biss it-talent individwali tagħha, imma wkoll il-kalibru u l-livell tal-membri tagħna kollha fl-Għaqda Ġurnalisti Sports. Dan is-suċċess għal Camilleri għandu jservi ta’ isporazzjoni għal dawk li qed jikkonsidraw li jibdew karriera fil-midja sportiva u ta’ eżempju għan-nisa li jixtiequ jidħlu f’dan is-settur. Bħala organizzazzjoni ddedikata li tippromwovi eċċellenza u innovazzjoni fil-ġurnaliżmu sportiv, l-GħĠS tħossha kburija immens bis-suċċess ta’ Joanna Camilleri, li jkompli [...]

8 05, 2024

It-Tim Malti tal-Pickleball jirċievi l-ewwel TGS Fair Play Award għas-sena 2024

By |May 8th, 2024|0 Comments

It-Tim Malti tal-Pickleball huwa r-rebbieħ tal-ewwel TGS Fair Play Award għas-sena 2024, mogħti mill-Malta Fair Play Movement, b’kollaborazzjoni mal-Għaqda Ġurnalisti Sports u Together Gaming Solutions. Dan il-premju ta’ kull tliet xhur huwa intiż għal dawk fil-qasam tal-isport kemm fuq livell individwali jew bħala tim għall-ġest altruwistiku ta’ fair play f’kompetizzjoni/ijiet uffiċjali jew le. Bejn id-9 u l-10 ta’ Marzu li għadda, il-Malta Pickleball organizzat għall-ewwel darba tournament internazzjonali għat-timijiet tal-fuq minn 19 u 50 sena, fil-Kulleġġ De La Salle. Waqt it-tournament tat-timijiet ‘il fuq minn 50 sena, li sar fl-10 ta’ Marzu, it-Tim Malti u dak tar-Renju Unit għamluha għall-finali. Waqt il-logħba tad-doubles tal-irġiel, il-plejer Ingliż Tony Thompson kellu inċident sfortunat meta waqa’ u weġġa’ sew, bil-konsegwenza li ma setax ikompli jilgħab u l-logħba kellha tiġi mwaqqfa. It-Tim Ingliż kien lest li jagħti walk-over lill-Maltin u b’hekk jirbħu l-ewwel post. It-Tim Malti immedjatament iddiskuta s-sitwazzjoni u kien hemm [...]

Go to Top