Charles Camenzuli mhux kontestat fl-AIPS Europe
Charles Camenzuli, President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports u Segretarju Ġenerali ta’ AIPS Europe, l-assoċjazzjoni fi ħdan l-AIPS li tirregola l-ġurnaliżmu tal-isport fl-Ewropa mhux se jkun ikkontestat fl-elezzjoni tal-Kumitat Ezekuttiv li għandha ssir f’April 2014 waqt il-Kungress tal-AIPS li għandu jsir f’Baku, Azerbaijan. It-terminu f’din il-kariga huwa għal tliet snin flok erba’ snin kif solitu jsir, dan biex il-konfederazzjonijiet kollha fi ħdan l-AIPS ikollhom l-elezzjoni li jmiss fl-2017. L-istess bħal Camenzuli mhux se jkunu kontestati Yannis Daras (Greċja) u Murat Agca (Turkija) fil-karigi ta’ President u Teżorier rispettivament. […]


