News

17 01, 2018

Magħrufa s-semi-finalisti tal-Isport Malta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali 2017.

By |January 17th, 2018|0 Comments

Wara li saru n-nominazzjonijiet mill-assoċjazzjonijiet u federazzjonijiet sportivi Maltin, issa saru magħrufa s-semi-finalisti tal-Isport Malta Awards – Għazliet Sportivi Nazzjonali 2017. Il-fażi tal-voti mill-ġurnalisti bdiet it-Tnejn li għadda u tagħlaq nhar it-Tlieta 23 ta’ Jannar 2018, biex imbagħad il-verdett finali jingħata waqt l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Isport Malta Awards - Għażliet Sportivi Nazzjonali. Fil-kategorja Sportiv tas-Sena, is-semi-finalisti huma John Agius (Darts), Noel Baldacchino (Tiġrijiet taż-Żwiemel), Graham Borg (Triathlon), Gianluca Chetcuti (Sparar), Aaron Ciantar (Powerboats), Anton Cuschieri (Pool), Gary Giordmaina (Lotta), Duncan Micallef (Drag Racing), Andre Schembri (Football) u Mark Spiteri (Ten Pin Bowling) L-Isportiva tas-Sena trid tintgħażel minn fost Sue Abela (Ten Pin Bowling), Marie Claire Aqulina (Ċikliżmu), Eleanor Bezzina (Sparar), Rachel Cuschieri (Football), Elaine Genovese (Tennis), Christina Grima (Basketball), Monika Lazarova (Ġinnastika), Hannah Pace (Triathlon), Charlotte Wingfield (Atletika) u Yasmin Zammit Stevens (Weightlifting). Is-semi-finalisti fil-kategorija Uffiċjal tas-Sena huma  Joe Bajada (Ċikliżmu), Francesca Borg (Ġinnastika), Terry Camilleri (Snooker), Jesmond [...]

11 01, 2018

New logo for Sport Malta Awards

By |January 11th, 2018|0 Comments

While preparing for the biggest annual event, the Malta Sports Journlists Association together with Sport Malta proudly present the new logo for the Sport Malta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali. Designed by  Samuel Agius Livori, revamped the traditional logo used for this event. It's mainly in red which matches with Sport Malta's logo. The dymamic design represents the sporting activity and the traditional pen represents the journalist activity in the national sporting events. The event will be held on Saturday 17th Februay at the Mediterranean Conference Centre in Valletta and starts around 8:45 pm. It will also be live transmitted on TVM2.

11 01, 2018

Imniedi logo ġdid għall-Għażliet Sportivi Nazzjonali

By |January 11th, 2018|0 Comments

Meta fadal ftit iktar minn xahar għall-iSport Malta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali, li hu l-akbar avveniment annwali organizzat mill-Għaqda Ġurnalisti Sports flimkien ma' Sport Malta, ġie imniedi logo ġdid. Dan il-logo li huwa ddisinjat fuq dak tradizzjonali, ingħata dehra ġdida mid-disinjatur Samuel Agius Livori. Fih hemm il-kulur aħmar li hu sinonimu ma' Sport Malta, id-disinn dinamiku li jirrapreżenta l-attività sportiva u l-pinna tal-ġurnalist li jwassal lill-pubbliku l-avvenimenti sportivi nazzjonali. Għal din is-sena is-serata tal-iSport Malta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali, se tittella' nhar is-Sibt 17 ta' Frar fis-Sala tal-Konferenzi, f'Dar il-Mediterrann, fil-Belt Valletta u tibda għall-ħabta tad-8:45 ta' filgħaxija. Serata ta' madwar sagħtejn li se tkun imxandra b'mod dirett fuq l-istazzjon TVM2.

26 12, 2017

L-Għaqda Ġurnalisti Sports terġa’ torganizza b’suċċess il-Boxing Day Tournament

By |December 26th, 2017|0 Comments

Ġurnalisti tal-Isport impjegati fil-qasam tal-media, coaches, referees, coaching staff u impjegati tal-MFA it-Tlieta filgħodu iltaqgħu għat-Tournament tradizzjonali li jsir l-għada tal-Milied. Kwadrangulari li jieħdu sehem fih teams iffurmati minn erba' assoċjazzjonijiet, il-Malta Football Coaches Association, il-Malta Footballl Referees Association, il-Malta Football Coaches Association u l-Għaqda Ġurnalisti Sports.   Wara li s-sena l-oħra t-Tournament kien intrebaħ mill-MFA din is-sena r-rebbieħa kienu t-team tal-Malta Football Coaches Association li rebaħ it-tliet logħbiet tiegħu u spiċċa b'massimu ta' 9 punti. Segwew it-teams l-oħra li kollha rebħu logħba waħda u tilfu tnejn. B'kollox intlagħbu sitt logħbiet bit-team tal-coaches rebħu lill MFA 3-0, lil ġurnalisti 4-1 u rebħu wkoll l-aħħar logħba kontra r-referees 2-0.   Dan it-Tournament li ilu jkun organizzat għal snin twal mill-Għaqda Ġurnalisti Sports kien beda fis-snin 70 b'logħba tradizzjonali l-għada tal-Milied bejn il-Ġurnalisti tal-isport u r-Referees. L-Għan prinċipali ta' din l-attivita' hi li dawn li jaħdmu madwar il-logħba tal-football ikollhom l-opportunita' li [...]

Go to Top