Meta fadal ftit iktar minn xahar għall-iSport Malta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali, li hu l-akbar avveniment annwali organizzat mill-Għaqda Ġurnalisti Sports flimkien ma’ Sport Malta, ġie imniedi logo ġdid. Dan il-logo li huwa ddisinjat fuq dak tradizzjonali, ingħata dehra ġdida mid-disinjatur Samuel Agius Livori. Fih hemm il-kulur aħmar li hu sinonimu ma’ Sport Malta, id-disinn dinamiku li jirrapreżenta l-attività sportiva u l-pinna tal-ġurnalist li jwassal lill-pubbliku l-avvenimenti sportivi nazzjonali.

Għal din is-sena is-serata tal-iSport Malta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali, se tittella’ nhar is-Sibt 17 ta’ Frar fis-Sala tal-Konferenzi, f’Dar il-Mediterrann, fil-Belt Valletta u tibda għall-ħabta tad-8:45 ta’ filgħaxija. Serata ta’ madwar sagħtejn li se tkun imxandra b’mod dirett fuq l-istazzjon TVM2.