News

16 02, 2019

Jitħabbru l-Finalisti tal-iSportMalta Awards – L-Għażliet Sportivi Nazzjonali

By |February 16th, 2019|0 Comments

Dalgħodu waqt ċerimonja li saret fil-Forti Sant’Anġlu l-Birgu, s-semi finalisti ta’ l-Għażliet Sportivi Nazzjonali ġew ippreżentati b’ċertifikat kommemorattiv. Dan sar fil-preżenza tas-Segretarju Parlamentari Għaż-Żagħżagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat l-Onor Clifton Grima kif ukoll il-Kumitat Organizzativ ta’ dan l-avveniment kompost mill-Għaqda Ġurnalisti Sport u SportMalta liema kumitat huwa iċċerjat mill-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta Mark Cutajar. Matul din iċ-ċerimonja ġew imħabbra wkoll il-finalisti tas-seba’ kategoriji li l-ġurija ser tkun qed tivvota għalihom matul is-serata ta’ premjazzjoni li ser issir nhar is-Sibt 23 ta’ Frar fil-lukanda Hilton u li ser tkun qed tixxandar dirett fuq TVM2 bit-trażmissjoni tibda fis-7:30 pm Barra dawn is-seba’ kategoriji matul is-serata ser isiru ħames preżentazzjonijiet oħra fosthom dik tal-People’s Choice Award li l-finalisti ta’ din il-kategorija wkoll ġew imħabbra dalgħodu sabiex issa l-pubbliku jista jagħti l-preferenza tiegħu billi jidħol fuq il-facebook page BeActive – SportMalta. Il-voti tal-pubbliku jingħaqdu ma’ dawk ta’ l-Assoċjazzjonijiet u l-ġurija sabiex fis-serata jitħabbar ir-rebbieħ [...]

10 02, 2019

L-Għaqda Ġurnalisti Sports tirrispondi l-kummenti ta’ Cristian Muscat

By |February 10th, 2019|0 Comments

8 ta’ Frar 2019 L-Għaqda Ġurnalisti Sports tieħu nota tal-kummenti dispreġjattivi li saru fuq facebook mill-eks membru tal-Eżekuttiv tal-GħĠS Cristian Muscat ilbierah 7 ta' Frar 2019. Qatt ma kienet l-intenzjoni tal-Kumitat Eżekuttiv li ċertu diskussjonijiet u deċiżjonijiet tal-kumitat joħorġu fil-pubbliku iżda ġaladarba s-sur Muscat għoġbu jitfa' fid-dubju l-integrita' tal-Għaqda Ġurnalisti Sports u tal-Kumitat Organiżattiv tas-SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali, l-Eżekuttiv m’ghandux triq ohra hlief dik li jiċċara l-fatti kif ġej: Għal perjodu twil ta’ żmien kienu qed jaslu hafna rapporti għand l-GħĠS minn persuni involuti fl-isport, ufficjali, atleti u ġurnalisti oħra, li f’ċertu attivitajiet, speċjalment meta tali attivitajiet ikunu segwiti minn festini, li l-imġieba tas-sur Cristian Muscat ma kenitx tkun waħda denja u tirrifletti mġieba etika kif mistennija mill-ġurnalisti membri tal-GħĠS; Madanakollu kemm il-President tal-GħĠS Sandro Micallef, kif ukoll membri ohra tal-Eżekuttiv, dejjem ippruvaw jgħinu lis-sur Muscat jipprova jegħleb dawn il-problemi. Dan sakemm l-affarijiet laħqu livelli inaċċettabli waqt ġita li [...]

21 11, 2018

Stqarrija mill-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin li tikkundanna kull forma ta’ theddid fuq ġurnalisti

By |November 21st, 2018|0 Comments

Il-Kunsill tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin jikkundanna kull forma ta’ theddid fuq ġurnalisti, speċjalment meta dawn ikunu fuq il-qadi ta’ dmirijiethom. Fl-aħħar jiem, l-Istitut ġie infurmat li membri fi ħdanu u ġurnalisti oħra sfaw vittmi ta’ theddid minn membri tal-familji ta’ żgħażagħ li tressqu akkużati li aggredew żagħżugħ ieħor. Filwaqt li juri solidarjetà sħiħa mal-ġurnalist tal-PBS, Brandon Pisani u kollegi ġurnalisti oħra li waqt il-qadi ta’ dmirijiethom sfaw mhedda serjament, l-Istitut tal-Ġurnalisti jikkundanna bla riservi kull tip ta’ theddid u intimidazzjoni fuq il-ġurnalisti. L-Istitut itenni li ebda dorma ta’ vjolenza, anqas dik verbali ma’ hi aċċettabbli u m’għandhiex titħalla għaddejja qisu xejn m’hu xejn. Waqt li l-IĠM jirrikonoxxi s-sehem li tat il-pulizija f’dan il-każ, fejn tat protezzjoni xierqa lill-ġurnalisti u saħansitra skortathom sal-post tax-xogħol tagħhom biex jaslu b’mod sigur u ħieles minn kull periklu, jappella biex din il-protezzjoni tkun dejjem assigurata lill-ġurnalist waqt il-qadi ta’ dmirijietu.

2 11, 2018

Maltco Lotteries tqassam l-għajnuna finanzjarja lir-rebbieħa tal-Isportivi Nazzjonali

By |November 2nd, 2018|0 Comments

Erba' atleti, uffiċjal, kowċ u klabb lokali kienu ppreżentati b'għajnuna finanzjarja mill-kumpanija Malto Lotteries wara li huma kienu rebħu l-unuri prinċipali waqt l-edizzjoni ta' Frar 2018 tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali.   Dan l-avveniment li hu orgnizzat b'mod kunġunt bejn l-Għaqda Ġurnalisti Sports u SportMalta jonora lill-atleti, uffiċjali u Clubs li jkunu ddistingwew ruħhom matul is-sena.   Fil-preżentazzjoni taċ-ċekkijiet lir-rebbieħa il-Kap Eżekuttiv ta' Maltco Lotteries Vasilev Kasiotakis qal li hu ta' pjaċir tiegħu li l-Malto Lotteries hi assoċjata ma' dan l-avveniment. Hu nkoraġixxa aktar kumpaniji privati sabiex bħal Maltco Lotteries jinvestu fl-Isport Malti.   Sandro Micallef President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports min naħa tiegħu rringrazzja lill-Malto Lotteries tal-impenn favur l-Isport Malti. Micallef rrimarka li hu ta' sodisfazzjon għaliħ u għall-Għaqda Ġurnalisti Sports li sa fl-aħħar l-Isport qiegħed jitella' fuq quddiem fl-aġenda tal-Gvern, xhieda ta' dan u l-importanza li qed jagħti lill-Isport il-Prim Ministru nnifsu matul l-aħħar xhur.   Il-preżentazzjoni mill-Maltco Lotteries sarret lil [...]

Go to Top