Home Page

28 01, 2014

Charles Camenzuli mhux kontestat fl-AIPS Europe

By |January 28th, 2014|0 Comments

Charles Camenzuli, President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports u Segretarju Ġenerali ta’ AIPS Europe, l-assoċjazzjoni fi ħdan l-AIPS li tirregola l-ġurnaliżmu tal-isport fl-Ewropa mhux se jkun ikkontestat fl-elezzjoni tal-Kumitat Ezekuttiv li għandha ssir f’April 2014 waqt il-Kungress tal-AIPS li għandu jsir f’Baku, Azerbaijan. It-terminu f’din il-kariga huwa għal tliet snin flok erba’ snin kif solitu jsir, dan biex il-konfederazzjonijiet kollha fi ħdan l-AIPS ikollhom l-elezzjoni li jmiss fl-2017. L-istess bħal Camenzuli mhux se jkunu kontestati Yannis Daras (Greċja) u Murat Agca (Turkija) fil-karigi ta’ President u Teżorier rispettivament. […]

16 01, 2014

Magħrufa l-finalisti tal-53 Edizzjoni tal-U*Bet Għazliet Sportivi Nazzjonali

By |January 16th, 2014|0 Comments

L-Għaqda Ġurnalisti Sports bħala l-unika assocjazzjoni tal-media f’Malta u minn din is-sena hija waħidha responsabbli mill-organizazzjoni tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali ħabbret ufficjalment il-finalisti għall-53 Edizzjoni ta’ dawn l-Għażliet. Il-finalisti tħabbru mill-vici-President tal-GħGS Mario Bonnici li kien wkoll responsabbli mill-Bord tal-għazla fejn huwa ta dettalji dwar il-mod kif saret l-għażla u li għall-ewwel darba l-edituri u ko-ordinaturi ta’ programmi tal-isport taw il-vot tagħhom. Infatti għall-ewwel darba il-voti miksuba fis-semi finali ġew wkoll ippubblikati fejn fil-passat kienu biss jitħabbru l-ismijiet tal-finalisti. Tħabbar wkoll illi għall-ewwel darba se jingħażel l-Aħjar Atleta f’Għawdex. Dakinhar tas-serata ta’premjazzjoni se jingħata wkoll rikonoxximent lil atleta bi bżonnijiet specjali kif wkoll rikonoxximent għal attivita’ internazzjonali organizzata matul l-2013 u rikonoxximent lil dak il-ġurnalist membru li matul il-karriera għen fl-iżvilupp tal-media u l-isport Malti. Charles Camenzuli ,President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports filwaqt li ta’ rendikont ta’ dak li seħħ minn meta l-GħGS reggħet kisbet l-identita’ sħiħa tagħha fl-organizazzjoni, rringrazzja lil dawk [...]

15 01, 2014

Jitħabbru fl-Finalisti tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali

By |January 15th, 2014|0 Comments

Il-Ħamis mistennija jitħabbru l-finalisti tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali 2013 liema premjazzjoni se ssir f'serata apposta il-Ġimgħa 31 ta' Jannar 2014 fil-Lukanda Le Meridien. Il-finalisti li se jitħabbru huma ħamsa fil-ħames kategorija tradizzjonali, iżda se jkun hemm sitt finalisti fil-kategorija tal-Uffiċjal tas-Sena. Iktar dettalji u l-lista kollha tal-Finalisti għada fuq dan is-sit. Il-Finalisti se jitħabbru waqt Konferenza Stampa li se ssir il-Ħamis f'Nofsinhar.

31 12, 2013

MO FARAH and ISINBAYEVA winners of the AIPS Europe Athletes of the year 2013

By |December 31st, 2013|0 Comments

          By Charles Camenzuli : AIPSEurope Secretary General MALTA , December 31, 2013 – For the first time in his career, MO FARAH – one of the leading figures in the athletics world and for the third time in her carreer Russian pole vaulter YELENA ISINBAYEVA are the winners in the 2013 Edition of the European Sportsman and Sportswoman of the Year Awards . […]

Go to Top