Home Page

16 08, 2017

L-Għaqda Ġurnalisti Sports f’laqgħa mas-Segretarju Parlamentari Clifton Grima

By |August 16th, 2017|0 Comments

L-Eżekuttiv il-ġdid tal-Għaqda Ġurnalisti Sports kellu laqgħa uffiċjali mas-Segretarju Parlamentari responsabbli miż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet Volontarji Dr Clifton Grima. Matul din il-laqgħa Sandro Micallef President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports introduċa b'mod formali lis-Segretarju Parlamentari lill-membri kollha tal-Eżekuttiv il-ġdid li jirrapreżentaw firxa wiesgħa tal-media sportiva lokali.     Micallef wera sodisfazzjon li l-Gvern reġa' għandu persuna li ġejja minn passat fl-amministrazzjoni tal-Isport li ġiet fdata bir-responsabilita' tal-amministrazzjoni tal-Isport f’pajjiżna.   Is-Segrtarju Parlametari Clifton Grima tenna li fl-isfond tal-koperazzjoni li dejjem kienet fis-seħħ għal snin twal bejn l-Għaqda Ġurnalisti Sports, is-Segretarjat tal-Isport u SportMalta hu kien jinsab determinat li din ir-relazzjoni tkun estiża u msaħħa aktar fil-futur. Fil-laqgħa ġew diskussi diversi materji fosthom l-organizazzjoni konġunta tal-Isportivi Nazzjonali flimkien ma' SportMalta, il-kuntatt iktar kontinwu mas-Segretarjat u ħsibijiet dwar edukazzjoni kontinwa f'diversi livelli għall-ġurnalisti li diġa' jipprattikaw din il-professjoni u oħrajn fosthom żgħażagħ li forsi jixtiequ jaqbdu din il-linja. Preżenti għal din l-ewwel laqgħa uffiċjali [...]

12 08, 2017

Jitlaqqa’ l-ewwel kumitat eżekuttiv il-ġdid tal-Għaqda Ġurnalisti Sports

By |August 12th, 2017|0 Comments

Wara li saret il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Għaqda Ġurnalisti Sports, tlaqqa’ uffiċjalment l-ewwel Kumitat Eżekuttiv il-ġdid li kien elett għall-perjodu 2017-21. Hekk kif sar f’dawn l-aħħar erba’ snin l-ewwel laqgħa tal-kumitat wara l-laqgħa ġenerali annwali din is-sena wkoll saret f’Għawdex, fejn l-eżekuttiv tal-GħĠS ħa l-opportunita’ sabiex għamel żjara ta’ koretesija lill-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana.   Fost l-aġenda tal-ewwel laqgħa tal-kumitat eżekuttiv il-ġdid kien hemm diversi materji ta’ diskussjoni importanti fosthom ir-relazzjoni mal-assoċjazzjonijiet sportivi, l-ħidma ta’ preparazzjoni għall-Isportivi Nazzjonali tas-sena 2018 u r-responsabilitajiet li kull membru tal-kumitat kien se jingħata għall-erba’ snin li ġejjien.   Fil-ftuħ tal-laqgħa l-President il-ġdid Sandro Micallef irringrazzja lill-membri kollha tal-impenn tagħhom fi ħdan l-Għaqda Ġurnalsiti Sports. Hu tenna li daħal għall-dan l-imepnn fil-kariga ta’ President sabiex ikompli jaħdem fuq il-ġid li sar fl-aħħar 46 sena kemm ilha mwaqqfa l-Għaqda Ġurnalsiti Sports.   Hekk kif jitlob l-istatut tal-GħĠS fl-ewwel laqgħa ordinarja kellhom ikunu appuntati l-karigi ta’ Viċi [...]

8 08, 2017

The minister of Gozo Hon. Justyne Caruana meets the Executive Committee of the Malta Sports Journalists Association

By |August 8th, 2017|0 Comments

In a meeting that was held in the minister of Gozo, the minister for Gozo Hon Justyne Caruana met the new executive Committee of the Malta Sports Journalists Association that was recently elected. The Minister Caruana started by addressing and congratulating the new President of the Malta Sports Journalists Association Sandro Micallef who was recently elected as the fourth official President of the Association after Charles Camenzuli occupied this role for the past fourteen years. Charles Camenzuli has also been recently elected as the President of AIPS Europe and also Vice President of AIPS. Amongst various themes discussed during the visit included the focus of Gozo being promoted as the Sport touristic best destination both for the local and international associations. The Minister Caruana emphasized the importance of dedication and hard work of the Minister in order to advertise and help in the promotion of Gozo on an international spectrum [...]

7 08, 2017

L-Għ.Ġ.S issellem lil Mike Turner

By |August 7th, 2017|0 Comments

L-Għaqda Ġurnalisti Sports issellem lil MIKE TURNER li miet fi tmiem il-ġimgħa. Għal dawn l-aħħar tletin sena Mike Turner kien dejjem viċin il-media tal-isport lokali speċjalment waqt il-partiti tat-tim nazzjonali Malti tar-Rugby. Apparti li bejn l-2000 u l-2006 kien membru tal-kunsill tal-Malta Rugby Football Union, ir-rabta tiegħu mal-media tal-isport u wisq aktar mal-GħĠS għenet bil-bosta sabiex iqarreb l-isport mad-dilettanti tar-rugby u mal-isportivi Maltin. Il-President u Kumitat Ezekuttiv tal-GħĠS f’isem il-ġurnalisti membri jgħatu l-kondoljanzi lil familja Turner.

Go to Top