Awards

17 02, 2025

Imħabbra l-finalisti tal-65 edizzjoni tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali

By |February 17th, 2025|0 Comments

Kienu evidenti l-mumenti ta’ tensjoni imħallta ma’ dawk ta’ ferħ u sodisfazzjon fost l-atleti lokali u l-uffiċjali sportivi waqt it-tħabbira tal-ħames finalisti tal-kategoriji prinċipali tal-65 edizzjoni tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali, li saret nhar it-Tnejn filgħaxija. It-tħabbira tal-finalisti saret fis-Sala taċ-Ċentinarju tal-Malta Football Association u s-semifinalisti kollha ngħataw ċertifikat ta’ tifkira. Din iċ-ċerimonja, li kellha xandira diretta fuq l-istazzjon TVM Sports+ kif ukoll il-midja soċjali, kienet indirizzata minn Clinton Buhagiar u Lorraine Cunningham, President u Segretarju Ġenerali tal-Għaqda Ġurnalisti Sport (GħĠS) rispettivament. Il-65 edizzjoni tal-Għazliet Sportivi Nazzjonali li se ssir nhar is-Sibt l-1 ta’ Marzu se tkun imxandra dirett fuq TVMsport+ u l-midja soċjali tal-GħĠS u se tkun qed tippremja rebbieħa fi tnax-il kategorija apparti li għal darb’oħra se jkunu qed jiġu introdotti membri ġodda fil-Hall of Fame. Bi pjaċir ninnutaw li waqt is-serata finali se jkollna 24 sport differenti rrappreżentat hekk kif għal din l-edizzjoni kellna nominazzjonijiet b’saħħithom minn ħafna [...]

13 02, 2025

Tinfetaħ il-Votazzjoni Pubblika għall-People’s Choice Award tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali

By |February 13th, 2025|0 Comments

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sport bi pjaċir iħabbar li l-votazzjoni tal-pubbliku għall-kategorija tal-People’s Choice Awards fil-65 edizzjoni tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali hija miftuħa. Il-pubbliku ġenerali għandu 15-il ġurnata sas-SIbt l-1 ta’ Marzu 2025 f’nofsinhar sabiex jivvota. Għal darb’oħra, dan l-unur se jkun b’100% votazzjoni bl-SMS fuq in-numri li ġejjin: NEIL AGIUS (GĦAWM OPEN WATER) 5061 5031 SAM CASSAR (BADMINTON) 5061 5032 JAKE CASTALDI (POOL) - 5061 5033 GIANLUCA CHETCUTI (SPARAR TRAP) - 5061 5034 BRIAN CINI (SNOOKER) - 5061 5035 BRYAN CORLETT (RUGBY FOOTBALL UNION) - 5061 5036 RODNEY GATT (TIĠRIJIET TAŻ-ŻWIEMEL) - 5061 5037 KAYDEN LAGANÀ (BOWLING) - 5061 5038 FABIO SPITERI (TRIATHLON) - 5061 5039 TENISHIA THORNTON (WEIGHTLIFTING) - 5061 5040 Il-pubbliku jista’ jivvota kemm-il darba jrid b’kull SMS jiswa’ €0.58 ċenteżmu inkluż il-VAT. Is-serata finali tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali se ssir nhar is-Sibt l-1 ta’ Marzu fil-Lukanda Westin Dragonara f’San Ġiljan u se tiġi trasmessa b’mod dirett fuq [...]

23 01, 2025

L-Għaqda Ġurnalisti Sports tħabbar is-semifinalisti tal-65 edizzjoni tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali

By |January 23rd, 2025|0 Comments

L-Għaqda Ġurnalisti Sports bi pjaċir tħabbar l-10 Semifinalisti f’kull kategorija tal-65 Edizzjoni tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali. Wara l-proċess ta’ evalwazzjoni li sar mill-membri tal-ġurija, dawn huma s-semifinalisti: Sportiv tas-Sena Matthew ABELA (Badminton) Neil AGIUS (Għawm Open Water) Norbert ATTARD (Darts) Kai AZZOPARDI (Triathlon) Rylee BORG (Weightlifting) Ray CARUANA (Pool) Brian CINI (Snooker) Lydan DEBONO (Blackball) Kayden LAGANÀ (Bowling) Nico SCIBERRAS (Sparar Trap) Sportiva tas-Sena Michelle BONNICI MALLIA (Brasilian Jiu Jitsu) Tiziana CARANNANTE (Bowling) Francesca CLARK (Badminton) Ana CULIC (Għawm Artistiku) Francesca CURMI (Tennis) Katryna ESPOSITO (Judo) Sasha GATT (Għawm) Sophie ST. JOHN (Ġinnastika) Tenishia THORNTON (Weightlifting) Emma XUEREB (Kickboxing) Żagħżugħ tas-Sena Jake CASTALDI (Pool) Luke CHIRCOP (Taekwondo) Jayden CUTAJAR (Water Polo) Liam DALY (Triathlon) Robert FARRUGIA RANDON (Table Football) Jake GOMEZ (Kickboxing) Kayden LAGANÀ (Bowling) Nathan MIFSUD (Weightlifting) Julian SCERRI (Squash) Ayrton Jon TONNA (Motorsport) Żagħżugħa tas-Sena Thyis ANTONELLI (Karate) Kim CAMILLERI LAGANÀ (Weightlifting) Ella FENECH ATTARD (Għawm) Katrina MICALLEF [...]

13 01, 2025

Sport for Social Change Award: Nominations are Open

By |January 13th, 2025|0 Comments

Local Sports Associations, Federations, NGO’s and Voluntary Organizations are being invited to submit their nominations for the second edition of the ‘Sport for Social Change’ category at the 65th Edition of the Għażliet Sportivi Nazzjonali. This award has been introduced last year to highlight and appreciate the amazing work of organizations across the Maltese Islands that are using sport and/or physical activity to create a positive impact on local communities and individuals in need. The ‘Sport for Social Change Award’ is intended to increase the interest of sports entities to make that extra effort to help others. Sports Associations, Federations, NGO’s and VO’s can submit any of their initiatives which were held between the period 1st January till 31st December of the year under review (2024). The initiative/s can be nationwide, or at local, grassroots level. The award recognizes the growing influence of the sport for the development sector, [...]

Go to Top