stephen

About Stephen Azzopardi

This author has not yet filled in any details.
So far Stephen Azzopardi has created 681 blog entries.
21 02, 2023

Magħrufa wkoll il-finalisti tal-People’s Choice Award tat-63 edizzjoni taI-iSportMalta Awards L-Għażliet Sportivi Nazzjonali

By |February 21st, 2023|0 Comments

Wara li tħabbru l-finalisti tas-seba’ kateogoriji prinċipali għall-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ SportMalta Awards L-Għażliet Sportivi Nazzjonali, tħabbru wkoll il-finalisti tal-People’s Choice Award. Il-voti sabiex jintgħażel ir-rebbieħ/a tal-People's Choice Award se jkunu magħmulin minn 40% mingħand il-pubbliku fuq l-email info@sportmalta.org.mt, 40% mill-ġurija u 20% mingħand l-assoċjazzjonijiet u l-federazzjonijiet sportivi. Il-pubbliku jista’ jibgħat mhux aktar minn darba minn fuq l-istess email address. Il-finalisti huma dawn: PEOPLE’S CHOICE AWARD Tenishia Thornton (Weightlifting) Anthony Farrugia (Water Polo) Fabio Spiteri (Triathlon) Tara Vella Clark (Ġinnastika) Tim Nazzjonali tan-Nisa (Malta Volleyball Association) Lijana Sultana (Squash) It-63 edizzjoni ta’ SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali se ssir nhar is-Sibt 25 ta’ Frar fis-Sala Sir Temi Zammit, fl-Univeristà ta’ Malta, b’xandira diretta fuq TVM Sport+ li tibda fit-tmienja ta’ filgħaxija bir-Red Carpet u tkompli bis-Serata Finali.

20 02, 2023

SportMalta Awards L-Għażliet Sportivi Nazzjonali – Presentation of semifinalists’ certificate and announcement of finalists (17/2/23) – 63rd edition

By |February 20th, 2023|0 Comments

20 02, 2023

Kim Camilleri Laganà tirbaħ l-ewwel Atlas Atleta Żagħżugħa tax-Xahar tas-sena 2023

By |February 20th, 2023|0 Comments

Kim Camilleri Laganà ingħatat l-unur tal-Atlas Atleta Żagħżugħa tax-Xahar għal Jannar. Hija rebħet għall-ewwel darba dan il-premju ta’ kull xahar, wara li kienet innominata Champion Ewropea taż-Żgħażagħ U-15 fl-2022 u f’Jannar ta’ din is-sena kkwalifikat b’suċċess għall-Kampjonati Dinjija taż-Żgħażagħ. Il-weightlifter żagħżugħa li għad għandha 14-il sena, irnexxielha terfa’ t-total enormi ta’ 124 kilogramma fil-kategorija tal-45 kilogramma. Kim rnexxielha tagħmel it-tliet tentattivi ta’ snatch ta’ 51 kilogramma, 53 kilogramma u 54 kilogramma segwiti mill-ewwel żewġ tentattivi ta’ clean and jerk oħra b’suċċess ta’ 68 kilogramma u 70 kilogramma. Sfortunatament ma rnexxietx fit-tielet tentattiv tagħha wara li ppruvat rekord nazzjonali ġdid fil-clean and jerk għal din il-klassi ta’ piż ta’ 71 kilogramma. Camilleri Lagana mhux biss ikkwalifikat għall-akbar avveniment taż-żgħażagħ tas-sena, iżda żdiedet ukoll fir-rankings MWA internazzjonali fil kategorija platinum, livell li sa issa  intlaħaq biss minn Tenihsia Thornton. It-trofew tal-Atlas Atleta Żagħżugħa tax-Xahar għal Jannar 2022 flimkien mal-vawċer t’abbiljament sportiv [...]

Go to Top