12
12, 2023
12
12, 2023
28
11, 2023
Reazzjoni għad-deċizjoni tal-MFA dwar manutenzjoni fl-Istadium Nazzjonali
L-Għaqda Ġurnalisti Sports (GħĠS) tilqa' b'sodisfazzjon l-aħħar komunikazzjoni mill-Malta Football Association (MFA) rigward il-manutenzjoni li ġiet imwiegħda li se ssir fil-Press Boxes tat-tielet sular tal-Istadium Nazzjonali f'Ta' Qali. L-Għaqda Ġurnalisti Sports tfakkar li din id-deċiżjoni tal-MFA li tibda dawn ix-xogħlijiet waslet wara pressjoni li saret mill-Għaqda Ġurnalisti Sports, fejn kienet kitbet lis-Segretarju Ġenerali tal-MFA biex tiġbed l-attenzjoni dwar dan kollu iktar minn xahrejn ilu. Din id-deċiżjoni tal-MFA ittieħdet ilbieraħ wara li l-ġurnalisti li kienu xogħol fi tmiem il-ġimgħa, reġgħu esperjenzaw l-ilma dieħel minn kullimkien fit-tielet sular tal-istadium, inkluż ilma tax-xita jmiss ma' apparat elettroniku viċin tagħhom. Dawn reġgħu rrapportaw immedjatament lill-GħĠS. Filwaqt li l-Għaqda Ġurnalisti Sports tapprezza l-intervent li se jsir biex tibda l-manutenzjoni neċessarja, l-Għaqda Ġurnalisti Sports xorta ma taqbilx li se jitħallew il-camerapersons jaċċessaw il-kmamar tat-tielet sular biex jiġbdu l-logħbiet. Għalkemm l-ikbar ammont ta’ ilma tax-xita qed jidħol mill-media boxes li jinsabu fuq ix-xellug u l-lemin tal-media [...]
24
11, 2023
24
11, 2023
It-Tim Nazzjonali tal-Futbol tan-Nisa jirbaħ it-tielet IZIBET Elite Athlete Award
National Lottery plc u l-Għaqda Ġurnalisti Sports, bi pjaċir iħabbru li t-Tim Nazzjonali Malti tal-Futbol tan-Nisa rebaħ it-tielet unur tal-IZIBET Elite Athlete Award li jkopri x-xhur ta’ Settembru u Ottubru 2023. It-tfajliet Maltin laħqu tragward storiku hekk kif fi Grupp Ċ1 tal-Women’s Nations League huma rebħu erba’ logħbiet minn erbgħa u jinsabu fil-quċċata tal-istess grupp. It-tim Malti huwa mistenni li jilgħab l-aħħar żewġ logħbiet ta’ dan il-grupp fil-bidu tax-xahar id-dieħel. Din hija l-ewwel darba li tim nazzjonali tal-futbol kellu daqshekk rebħiet konsekuttivi f’kompetizzjonijiet internazzjonali. Franco De Gabriele, Chief Commercial Officer ta’ National Lottery plc qal, "Huwa ta’ pjaċir kbir għalina li qed nagħtu dan l-unur prestiġġjuż lit-Tim Nazzjonali Malti tal-Futbol tan-Nisa sabiex nirrikonoxxu l-isforzi u r-rekord miksub fir-rebħiet kollha fi Grupp Ċ1 tal-Women’s Nations League. Nittamaw li dan il-moviment fil-futbol tan-nisa jkompli jsaħħaħ il-bżonn tal-professjonalità fl-isport sabiex l-atleti tagħna jaqbdu l-mixja professjonali fl-isport. Huwa ċar ħafna li l-atleti għandhom [...]



