20
03, 2024
20
03, 2024
20
03, 2024
Qormi Daikin wins the Hockey Super Cup presented by the Malta Sports Journalists Association
Qormi Daikin lifted the Hockey Super Cup after beating Trust Payments Floriana Young Stars 3-1 in the final. Daniel Ellul opened the score for Qormi Daikin in the first quarter, and Floriana's immediate reply came from Anton Saliba. The second and third quarters ended goalless, but in the final quarter, Qormi scored through Juan Sarcia and Luke Bajada. Qormi Daikin's celebrations reached their utmost when Malta Sports Journalists Association's Executive Committee Member Robert Busuttil presented the Super Cup to Qormi's player Nathan Pace Gasan.
20
03, 2024
Qormi Daikin ippreżentati s-Super Cup tal-Hockey mill-Għaqda Ġurnalisti Sport
Qormi Daikin rebħu s-Super Cup tal-Hockey meta fil-finali għelbu lil Trust Payments Floriana Young Stars 3-1. Kienet logħba ferm sabiħa u emozzjonanti biż-żewġ naħat viċin xulxin fl-ewwel tliet quarters sabiex fl-aħħar sbatax-il minuta u nofs kienu l-Qriema li skorjaw żewġ gowls importanti li bihom ħadu t-tazza. Daniel Ellul kien poġġa lil Qormi Daikin minn fuq fl-ewwel quarter bi Floriana jirrispondu immedjatament permezz ta’ Anton Saliba. Fit-tieni u t-tielet quarter ma sar ebda gowl sabiex fir-raba’ quarter, Qormi skorjaw żewġ gowls li għenuhom jirbħu din il-partita. Juan Sarcia skorja t-tieni gowl b’Luke Bajada li minn kontrattakk għamilhom 3-1. Fi tmiem il-konfront setgħu jibdew iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Qormi Daikin li laħqu l-qofol tagħhom mal-preżentazzjoni tat-tazza minn Robert Busuttil, membru fil-kumitat eżekuttiv fi ħdan l-Għaqda Ġurnalisti Sport lill-plejer ta’ Qormi Nathan Pace Gasan.
18
03, 2024

