San Ġiljan, 19 ta’ Novembru 2026 – L-Għaqda Ġurnalisti Sports (GħĠS) organizzat Laqgħa Ġenerali Straordinarja f’lukanda prominenti f’San Ġiljan, li matulha ġie elett Kumitat Eżekuttiv ġdid u ġiet approvata emenda importanti fl-istatut tal-Għaqda.

Matul il-laqgħa, il-membri approvaw mozzjoni li tħares l-awtonomija u l-indipendenza tal-Għaqda fl-organizzazzjoni tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali, filwaqt li tiżgura li l-proċess tal-għażla jibqa’ ħieles minn kull indħil estern jew kummerċjali. Din il-mozzjoni ġiet approvata sabiex tkun inkluża fl-istatut tal-Għaqda.
Lorraine Cunningham għamlet l-istorja hekk kif saret l-ewwel mara eletta President u s-seba’ President tal-Għaqda mit-twaqqif tagħha fl-1970, wara li kisbet mandat b’saħħtu mill-membri.
Daniel Bugeja ġie elett Segretarju Ġenerali wara li Christopher Lawrence Francalanza rtira n-nomina tiegħu għall-ġid tal-Għaqda, filwaqt li Mark Muscat ġie elett Teżorier mingħajr kontestazzjoni.

Fl-ewwel diskors tagħha, Cunningham enfasizzat l-importanza tal-għaqda fost il-membri, filwaqt li saħqet li l-Għaqda ma tappartjeni għall-ebda individwu, iżda għall-membri kollha tagħha. Hija rringrazzjat lil Paul Cachia u lill-Kumitat Eżekuttiv preċedenti għall-ħidma tagħhom u esprimiet is-sodisfazzjon tagħha għall-kumitat il-ġdid.
Il-Kumitat Eżekuttiv il-ġdid huwa kompost minn:
- President: Lorraine Cunningham
- Segretarju Ġenerali: Daniel Bugeja
- Teżorier: Mark Muscat
- Membri Eżekuttivi: Janice Briffa, John Fenech, Riccardo Flask, Christopher Lawrence Francalanza, Josef Galdes u Dr.Philip Gatt.

L-Għaqda Ġurnalisti Sports tirringrazzja lil dawk kollha li taw sehemhom f’dan il-proċess elettorali demokratiku, b’mod partikolari lil Charles Camenzuli u Mario Saliba għall-kontribut tagħhom fl-organizzazzjoni u t-tmexxija tal-Laqgħa Ġenerali Straordinarja.
PRESS RELEASE – ENGLISH
Lorraine Cunningham Elected Seventh President of the Malta Sports Journalists Association
St Julian’s, 19 November 2026 – The Malta Sports Journalists Association (MSJA) held an Extraordinary General Meeting at a prominent hotel in St Julian’s, during which a new Executive Committee was elected and an important amendment to the Association’s statute was approved.
During the meeting, members approved a motion safeguarding the Association’s autonomy and independence in the organisation of the National Sports Awards, ensuring that the selection process remains free from external or commercial interference. The motion was approved for inclusion in the Association’s statute.
Lorraine Cunningham made history by becoming the first female President and the seventh President of the Association since its foundation in 1970, after receiving a strong mandate from the members.
Daniel Bugeja was elected General Secretary following the withdrawal of Christopher Lawrence Francalanza’s nomination in the interests of the Association, while Mark Muscat was elected Treasurer unopposed.
In her first remarks, Cunningham emphasised the importance of unity, stressing that the Association belongs to all its members and not to any individual. She thanked Paul Cachia and the outgoing Executive Committee for their contribution and expressed her satisfaction with the newly elected team.
The new Executive Committee comprises:
- President: Lorraine Cunningham
- General Secretary: Daniel Bugeja
- Treasurer: Mark Muscat
- Executive Members: Janice Briffa, John Fenech, Riccardo Flask, Christopher Lawrence Francalanza, Josef Galdes and Philip Gatt.
The Association extends its sincere appreciation to everyone involved in the democratic electoral process, particularly Charles Camenzuli and Mario Saliba, for their valuable contribution to the organisation and conduct of the Extraordinary General Meeting
Leave A Comment