Is-Sibt filgħaxija waqt xandira diretta fuq TVMSport+ u l-paġna ta’ Facebook tal-Għaqda Ġurnalisti Sports, tħabbru r-rebbieħa tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali. L-64 edizzjoni bdiet bir-Red Carpet ippreżentat mis-Segretarju Ġenerali tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Lorraine Cunningham u Chris Falzon.

Saru diskorsi qosra tal-okkażjoni mill-Ministru responsabbli mill-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni l-Onor Clifton Grima u l-President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Sandro Micallef. Preżenti wkoll il-President tal-AIPS Europe Charles Camenzuli.

Din is-serata kienet organizzata mill-Għaqda Ġurnalisti Sports, bl-appoġġ sħiħ tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni.

Waqt din is-serata finali li kienet ippreżentata minn Clinton Bihagiar u Janice Briffa ġew mqassma 12-il unur; b’sebgħa fuq votazzjoni tal-ġurija, il-People’s Choice Award fuq vot popolari tal-pubbliku, l-Avveniment Internazzjonali tas-Sena u l-award il-ġdid tal-iSport for Social Change Award magħżula mill-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports u tnejn fuq suġġeriment ta’ Special Olympics Malta.

L-unuri kollha mqassma kienu dawn:

Sportiv tas-Sena – Clayton Castaldi (Pool)

Sportiva tas-Sena – Tenishia Thornton (Weightlifting)

Żagħżugħ tas-Sena – Jake Castaldi (Blackball)

Żagħżugħa tas-Sena – Kim Camilleri Laganá (Weightlifting)

Tim tas-Sena – Tim Nazzjonali tal-Futbol tan-Nisa

Kowċ tas-Sena – Manuela Tesse (Tim Nazzjonali tal-Futbol tan-Nisa)

Uffiċjal tas-Sena – Christabel D’Amato (Special Olympics Malta)

L-Avveniment Internazzjonali tas-Sena – Il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa – GSSE 2023

People’s Choice Award – Sophie St. John (Ġinnastika)

Special Olympics Atleta Raġel – Luke Burke (Bowling)

Special Olympics Atleta Mara – Nevice Grech (Bocce)

Sport for Social Change Award – Fgura United F.C.

Ir-riżultat dettaljat jiġi ppublikat fil-ġranet li ġejjin.