Hekk kif jonqos ftit iktar minn xahar għas-serata finali tal-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali, il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports jinforma li s-semi finalisti li għamluha fil-lista tal-aħħar għaxra f’kull kategorija se jkunu qed jitħabbru nhar il-Ħadd fuq TVMsport+ waqt il-programm SportLive+.

Il-Kategoriji li se jitħabbru s-semi finalisti fihom huma dawn:
L-Isportiv tas-Sena
L-Isportiva tas-Sena
It-Tim tas-Sena
L-Uffiċjal / Amministratur tas-Sena
Il-Kowċ tas-Sena
L-Atleta Żagħżugħ tas-Sena – U17
L-Atleta Żagħżugħa tas-Sena – U17
People’s Choice Award

Ma’ dawn il-kategoriji hemm kategoriji li l-proċess tal-għażla tagħhom hija differenti. Dawn il-kategoriji l-oħra huma:

Rikonoxximent : L-Avveniment Internazzjonali tas-Sena organizzat f’Malta
Rikonoxximent : Atleti b’Abbiltajiet Differenti Special Olympics Mara
Rikonoxximent : Atleti b’Abbiltajiet Differenti Special Olympics Raġel
‘Sport for Social Change Award’

It-tħabbira tal-għaxar semi finalisti fis-seba’ kategoriji tradizzjonali tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali se ssir mill-President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Sandro Micallef fis-18:00hrs fuq TVMsport+ li huwa aċessibli fuq Channel 110 fuq is-servizz tal-Melita u Channel 107 fuq is-servizz tal-GO.