Matul tmien din il-ġimgħa kulmin se jmur iżur il-ground ta’ Old Trafford jew se jattendi għall-logħba Manchester United kontra Tottenham il-Ħadd wara nofsinhar se jkun qed jara serje ta’  billboards jippromwovu lil Malta bħala destinazzjoni turistika fejn saħansitra jista’ jintrebaħ vjaġġ għal Malta jekk jiskenjaw il-barcode li tidher fuq dawn il-billboards.

Din il-promozzjoni estensiva hija parti miċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Malta Day li qed isiru f’Manchester u grazzi għall-ftehim kummerċjali bejn VisitMalta u l-klabb ta’ Manchester United intenzjonat sabiex ikabbar is-suq turistiku Malti speċjalment f’destinazzjonijiet ġodda li fihom it-tim ta’ Manchester United igawdi popolarità kbira fosthom iċ-Ċina u l-pajjiżi Ażjatiċi.

It-tim ta’ VisitMalta mmexxi miċ-Chairman tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu Dr Gavin Gulia jinsab Manchester għal din l-okkażjoni fejn l-Għaqda Ġurnalisti Sport għal darb’oħra ingħatat
l-opportunità li tkun preżenti permezz tas-Segretarju Ġenerali Lorraine Cunningham. Il-Ġimgħa waranofsinhar id-delegazzjoni Maltija kienet mistiedna l-ground ta’ Old Trafford
fejn wara li ġew imdawra mal-istadium kellhom iċ-ċans ukoll jiltaqgħu mas-Sur Aidan Flynn Head of Partnerships tal-Manchester United.