Hekk kif resqin lejn tmiem is-sena, il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports qiegħed iħabbar li fetaħ uffiċjalment il-proċess tan-nominazzjonijiet għall-edizzjoni tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali tas-sena 2023.

L-assoċjazzjonijiet u l-federazzjonijiet għadhom kif irċevew il-kommunikazzjoni uffiċjali u stedina sabiex huma jinnominaw lill-atleti tagħhom fil-kategoriji stabbiliti li huma:

L-Isportiv u l-Isportiva tas-Sena
Iż-Żagħżugħ u ż-Żagħżugħa tas-Sena
Il-Kowċ tas-Sena
L-Uffiċjal tas-Sena
It-Team tas-Sena

Unuri oħra li jingħataw kull sena huma:

L-Avveniment Internazzjonali organizzat f’Malta
People’s Choice Award
Rikonoxximent lill-Atleti (Mara u Raġel) ta’ Special Olympics

In-Nominazzjonijiet jagħlqu fl-10 ta’ Jannar 2024, bis-serata ta’ premjazzjoni mistennija ssir is-Sibt 2 ta’ Marzu 2024. Għal din is-sena l-Għażliet Sportivi Nazzjonali se jkunu organizzati mill-Għaqda Ġurnalisti Sports u bil-għajnuna tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni.

Aktar informazzjoni dwar il-proċess ta’ nominazzjoni u r-regolamenti tista’ tinkiseb minn fuq is-sit elettroniku tal-Għaqda Ġurnalisti Sports: https://www.maltasportsjournalists.com/ghazliet-sportivi-nazzjonali-rules-regulations-regolamenti/