L-Għaqda Ġurnalisti Sports isellem il-memorja ta’ Sammy Nicholl eks ġurnalist Ii kien membru tal-Għaqda Ġurnalisti Sports għal diversi snin.  Sammy Nicholl kien ferm attiv fl-Għaqda Ġurnalisti Sports bejn is-snin tmenin u disgħin.

Għal diversi snin kien kontributur regolari mall-gazzetta Times of Malta fejn fil-paġni sportivi ta’ kull ġimgħa kien jagħmel analiżi tal-Kampjonat Premier Malti u kien ukoll kummentatur fuq diversi programmi fuq l-istazzjon nazzjonali.

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports jibgħat il-kondoljanzi lill-familja kollha.