Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports (GħĠS) qiegħed jippubblika r-riżultati finali fil-kategoriji kollha tat-63 edizzjoni tal-iSportMalta Awards L-Għażliet Sportivi Nazzjonali li saret nhar is-Sibt 25 ta’ Frar, fis-Sala Sir Temi Zammit, fl-Università ta’ Malta. Il-ġurnalisti li ffurmaw il-ġurija vvutaw ftit jiem qabel ma r-rebbieħa ġew magħrufa fis-Serata Finali.

Ir-riżultat uffiċjali huwa dan:

SPORTIV TAS-SENA
DEJAN GRECH – 80 punt
JEREMY ZAMMIT – 76 punt
CLIFERTY CALLEJA – 47 punt
ISAAC BEZZINA – 42 punt
KURT FARRUGIA – 42 punt
JAKE TANTI – 41 punt

SPORTIVA TAS-SENA
KATRYNA ESPOSITO – 93 punt
TENISHIA THORNTON – 69 punt
FRANCESCA CURMI – 57 punt
JANET RICHARD – 45 punt
ELLA BORG – 36 punt
COLETTE SULTANA – 28 punt

ŻAGĦŻUGĦ TAS-SENA
CHAYLON CASTALDI – 107 punti
NICHOLAS MUSCAT – 57 punt
NICK MERCIECA – 50 punt
ALEX DEGABRIELE – 44 punt
LUKE BONELLO – 40 punt
ALEC FENECH – 30 punt

ŻAGĦŻUGĦA TAS-SENA
TENISHIA THORNTON – 120 punt
KIM CAMILLERI LAGANÀ – 57 punt
SASHA GATT – 50 punt
LIJANA SULTANA – 43 punt
PHILIPPA BUSUTTIL – 35 punt
ZEA MONTFORT – 23 punt

KOWĊ TAS-SENA
JESMOND CARUANA – 92 punt
KARL IZZO – 89 punt
ANTHONY FARRUGIA – 59 punt
MARIO BONELLO – 41 punt
DAMIAN NEILL – 31 punt
MELANIA BAJADA – 16-il punt

UFFIĊJAL TAS-SENA
TERRY CAMILLERI – 102 punti
RONNIE SPITERI – 69 punt
PETER BALZAN – 65 punt
ALAN GRIMA – 47 punt
ANNA VASSALLO – 37 punt
RHONA XERRI – 8 punti

TIM TAS-SENA
ĦAMRUN SPARTANS FOOTBALL CLUB – 96 punt
BLACKBALL TIM NAZZJONALI DOUBLES – 73 punt
8-BALL POOL TIM NAZZJONALI U/25 – 51 punt
BASKETBALL TIM NAZZJONALI – 45 punt
WATER POLO TIM NAZZJONALI – 41 punt
WATER POLO TIM U/16 – 18-il punt

PEOPLE’S CHOICE AWARD
TENISHIA THORNTON – 22.65%
ANTHONY FARRUGIA – 21.45%
FABIO SPITERI – 21.15%
LIJANA SULTANA – 13.45%
TARA VELLA CLARK – 10.85%
VOLLEYBALL TIM NAZZJONALI – 10.45%

Il-ġurija kienet komposta minn Clinton Buhagiar (ONE Sport), Valhmor Camilleri (Times of Malta), Chris Falzon u Joanna Camilleri (TVMSport), Charles Camenzuli (NET Media), Keane Cutajar (Malta Daily), Jesmond Moore (Union Press) u Sandro Micallef irrapreżenta l-voti tal-Kumitat Eżekuttiv tal-GħĠS. Għall-People’s Choice Award il-voti tal-ġurija kienu ta’ 40% tar-riżultati finali flimkien mal-40% tal-pubbliku u l-20% tal-għażliet tal-Federazzjonjiet u l-Assoċjazzjonijiet Sportivi.

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports jieħu din l-opportunità sabiex jirringrazzja lil SportMalta, lill-Ministeru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni, kif ukoll lill-isponsors kollha tas-sostenn tagħhom biex l-edizzjoni ta’ din is-sena reġgħet kienet suċċess.