Nhar is-Sibt 6 ta’ Awwissu 2022 intlagħbet il-finali tat-Tazza Għaqda Ġurnalisti Sports, bejn Sirens u Exiles. Finali mill-isbaħ biż-żewġ tims dejjem baqgħu ras imb’ras fejn sa tmiem it-tielet sessjoni r-riżultat kien dak ta’ 9-9. Kienu Sirens li rebħu din it-Tazza hekk kif rebħu l-aħħar sessjoni 5-2 għal skor finali ta’ 14-11 favur it-tim minn San Pawl il-Baħar.

Fi tmiem il-logħba saret il-preżentazzjoni tat-Tazza Għaqda Ġurnalisti Sports miż-żewġ membri tal-Eżekuttiv tal-GħĠS Mark Muscat u Domenic Aquilina lil John Napier captain ta’ Sirens.