Ilbieraħ tħabbret il-mewt ta’ Oliver Mizzi, eks ġurnalist u korrispondent ta’ Radju Malta għal dawn l-aħħar 35 sena.

Mizzi kien espert tal-futbol Taljan, mill-Kampjonat tas-Serie A sal-kampjonati ż-żgħar.

Oliver Mizzi kien joqgħod il-Mosta u kien partitarju kbir ta’ Juventus FC.

Huwa kellu 75 sena.

L-Għaqda Ġurnalisti Sports twassal il-kondoljanzi lill-familja Mizzi.