Yearly Archives: 2016

14 02, 2016

Issir iċ-ċerimonja tal-iSportMalta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali

By |February 14th, 2016|0 Comments

Issir iċ-ċerimonja tal-iSportMalta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali Il-Waterpolo jispikka fil-55 edizzjoni F’serata mill-isbaħ f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi ttellat edizzjoni oħra tal-IsportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali. Is-serata li xxandret b’mod dirett fuq TVM2 ippremjat il-kisbiet sportivi tas-sena 2015. B’kollox ġew ippreżentati xejn inqas minn 12 -il kategorija. […]

23 01, 2016

L-GħĠS u SportMalta jħabbru l-finalisti tal-Isportivi Nazzjonali 2016

By |January 23rd, 2016|Comments Off on L-GħĠS u SportMalta jħabbru l-finalisti tal-Isportivi Nazzjonali 2016

Il-Kumitat Organizattiv ta’ Sport Malta Awards l-Għażliet Sportivi Nazzjonali ħabbar uffiċjalment il-ħames finalisti tal-edizzjoni ta’ din is-sena li se ssir nhar is-Sibt 13 ta’ Frar 2016 f’Dar il-Mediterran għall-konferenzi. Għal sena oħra l-edizzjoni ta’ din is-sena se tkun organizzata flimkien bejn SportMalta u l-Għaqda Ġurnalisti Sports. Fl-edizzjoni ta’ din is-sena, li se tkun qed tippremja l-kisbiet sportivi tas-sena 2015, se jkunu preżentati xejn inqas minn 11 il-kategorija li jinkludu: Sportiv tas-Sena, Sportiva tas-Sena, Żagħżugħa tas-Sena, Żagħżugħ tas-Sena, Tim tas-Sena, Kowċ tas-Sena, Uffiċjal tas-Sena, u l-People’s Choice Award. Jingħataw wkoll ir-rikonoxximent għall-atleta f’Għawdex u l-Avveniment tas-Sena flimkien ma’ żewġ rikonoxximenti lil Special Olympics Malta; wieħed fil-kategorija tan-nisa u l-ieħor tal-rġiel. F’Konferenza Stampa, fejn fiha ġew ippreżentati ċ-ċertifikati lis-semi finalisti kollha, kienu preżenti s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius, iċ-Ċermen tal-Kumitat Organizattiv Mark Cutajar, il-President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Charles Camenzuli u ċ-Ċermen ta’ SportMalta Luciano Busuttil. […]

18 01, 2016

SPORTIVI NAZZJONALI: REGOLAMENTI ĠENERALI U PUNTI TA’ REFERENZA

By |January 18th, 2016|Comments Off on SPORTIVI NAZZJONALI: REGOLAMENTI ĠENERALI U PUNTI TA’ REFERENZA

SPORT MALTA AWARDS – GĦAŻLIETSPORTIVI NAZZJONALI REGOLAMENTI ĠENERALI U PUNTI TA’ REFERENZA Kumitat Organizattiv : Sport Malta Awards – Għazliet Sportivi Nazzjonali huma mmexxija minn Kumitat Organizattiv magħmul minn: Chairman, 3 membri mill-Għ.Ġ.S, 3 membri minn Sport Malta ——————————————————————————– Il-Kumitat Organizattiv jinħatar għal organizazzjoni ta Sport Malta Awards – Għazliet Sportivi Nazzjonali għal perjodu li jkopri l-organizazzjoni u xoljiment ta’ l-edizzjoni li għalija jkun iħatar. […]

Go to Top