275796f0-4b2d-4ddf-85c5-5c469517dffdIl-Kumitat Organizattiv ta’ Sport Malta Awards l-Għażliet Sportivi Nazzjonali ħabbar uffiċjalment il-ħames finalisti tal-edizzjoni ta’ din is-sena li se ssir nhar is-Sibt 13 ta’ Frar 2016 f’Dar il-Mediterran għall-konferenzi. Għal sena oħra l-edizzjoni ta’ din is-sena se tkun organizzata flimkien bejn SportMalta u l-Għaqda Ġurnalisti Sports.

Fl-edizzjoni ta’ din is-sena, li se tkun qed tippremja l-kisbiet sportivi tas-sena 2015, se jkunu preżentati xejn inqas minn 11 il-kategorija li jinkludu: Sportiv tas-Sena, Sportiva tas-Sena, Żagħżugħa tas-Sena, Żagħżugħ tas-Sena, Tim tas-Sena, Kowċ tas-Sena, Uffiċjal tas-Sena, u l-People’s Choice Award. Jingħataw wkoll ir-rikonoxximent għall-atleta f’Għawdex u l-Avveniment tas-Sena flimkien ma’ żewġ rikonoxximenti lil Special Olympics Malta; wieħed fil-kategorija tan-nisa u l-ieħor tal-rġiel.

F’Konferenza Stampa, fejn fiha ġew ippreżentati ċ-ċertifikati lis-semi finalisti kollha, kienu preżenti s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius, iċ-Ċermen tal-Kumitat Organizattiv Mark Cutajar, il-President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Charles Camenzuli u ċ-Ċermen ta’ SportMalta Luciano Busuttil.

Il-Finalisti tal-edizzjoni ta’ din is-sena huma dawn:

Sportiv tas-Sena

Camilleri Stevie – Waterpolo

Chetcuti Andrew – Għawm

Moore Kevin – Atletika

Pulis Rodmar – Weightlifting

Spiteri Mark – Ten Pin Bowling

Vella Adam – Lotta

Sportiva tas-Sena

Abela Sue – Ten pin Bowling

Bonello Spiteri Danica – Triathlon

Camilleri Rebecca– Atletika

Dalli Peppijna – Ġinnastika

Wingfield Charlotte – Atletika

Uffiċjal tas-Sena

Caruana Curran Joe – ASA

Caruana Jesmond – Weightlifting

Muscat Joseph – Basketball

Pace Johan – ASMK

Pisani Clayton – MFA

Kowċ tas-Sena

Chun Albert – Ġinnastika

Giordimaina Jesmond – Lotta

Izzo Karl – Waterpolo

Vella Silvio – Football

Vogelesang Rickard – Ten Pin Bowling

Żagħżugħ tas-Sena

Attard Kurt – Ten Pin Bowling

Camilleri Luke – Atletika

Cassar Kurt – Basketball

Giordimaina Gary – Lotta

Mifsud Kieran – Weightlifting

Plumpton Ben – Waterpolo

Żagħżugħa tas-Sena

Dalli Peppijna – Ġinnastika

Micallef Amy – Għawm

Richard Janet – Atletika

Xuereb Sara – Ten pin Bowling

Zammit Nina – Triathlon

Tim tas-Sena

Ġinnastika : Tim Nazzjonali ‘A’ GSSE

Snooker : Tim : Tony Drago – Brian Cini

Ten Pin Bowling : Tim : Mediterranean Cup

Waterpolo : Tim Nazzjonali Irġiel – ‘ A ’

Waterpolo : Tim Nazzjonali Under 17

Ta’ min jinnota li hemm żewġ kategoriji, dawk tal-Isportiv tas-Sena u ż-Żagħżugħ tas-Sena, li fihom sitt finalisti flok ħamsa dan minħabba l-fatt li fil-votazzjoni tal-ġurnalisti membri tal-Għaqda Ġurnalisti Sports kien hemm żewġ individwi li spiċċaw bl-istess ammont ta’ punti.

Intant waqt il-Konferenza tal-aħbarijiet tħabbru wkoll il-finalisti tal-People’s Choice Award, liema kategorija se tkun missielta bejn il-lista t’hawn taħt fejn hemm in-numru tal-SMS marbut ma’ kull finalista ta’ din il-kategorija.

50616721 – Hannah Pace – Malta Triathlon Federation

50616722 – Steven Fenech – Malta Wheelchair

50616723 – William Vella – Malta Shooting Sport Federation

50616724 – Joseph Borda – Malta Rugby and Football Union

50616725 – Matthew Zammit – Aquatic Sports Association of Malta

Il-mistieden speċjali għall-edizzjoni ta’ din is-sena ser ikun Simone Farina, l-ex player tal-football li huwa simbolu kontra l-korruzzjoni fl-Italja.

Ħajr imur għall-isponsors tas-serata li huma Bank Of Valletta (BOV), Maltco Lotteries, MSV life p.l.c., Bajada new energy group Ltd., Charles Grech & Co. Ltd, General soft drinks Co. Ltd., Mediterranean Conference Centre (MCC), Public Broadcasting Limited (PBS), The Knot u Vascas Jewellers.

Il-preżentatur ta’ din is-serata, li ser tkun mxandra live fuq TVM2, ser ikun il-ġurnalista Clinton Buhagiar.