Robert Cutajar meeting

 

L-Għaqda Ġurnalisti Sports f’laqgħa fil-kwartieri tal-PN

Delegazzjoni mill-Għaqda Ġurnalisti Sports iltaqgħat mal-Kelliem tal-Oppozizzjoni għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-żgħażagħ u l-iSport Robert Cutajar fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista.

Il-President tal-GħĠS Charles Camenzuli spjega l-għanijiet u l-ħidma pjanata tal-għaqda għal din is-sena, bl-aktar punt importanti ikun ir-relazzjoni ta’ din l-għaqda li ilha mwaqqfa mill-1970 mal-ogħla entitajiet tal-pajjiż fosthom governattivi u politiċi.

F’din il-laqgha kordjali, is-Segretarju Ġenerali tal-GħĠS Sandro Micallef esprima s-sentiment tal-istess għaqda li sfortunatament ma kinitx qed taqbel fuq il-punti kollha ta’ prinċipju tal-organizzazzjoni tal-Għazliet Sportivi Nazzjonali li f’dawn l-aħħar erba’ snin ġew organizzati mal-Kunsill Malti ghall-Isport u li ingħataw l-isem ‘Sport Malta Awards – L-Għazliet Sportivi Nazzjonali’.

Minn naha tieghu, l-Membru Parlamentari Robert Cutajar żvela li fil-jiem li ġejjin il-Partit Nazzjonalista se jħabbar pjanijiet dwar il-politika tal-isports li se jkun qed jiviżvalizza il-PN mill-Oppozizzjoni. L-istess Cuatajar qal b’sodisfazzjon li fix-xhur li ġejjin, il-kunċett tal-isports se jiġi inkluż fl-Aġenda għad-diskussjoni fs-sessjonijiet tal-Kumitat Parlamentari għall-Affarijiet Soċjali.

Fi tmiem il-laqgħa il-President tal-GħGS f’isem l-Eżekuttiv tal-GħĠS ippreżenta lil Cutajar “pin” li ġie rregalat mill-AIPS (Association International de la Presse Sportive) bl-emblema tal-loghob tax-Xitwa ta’ Sochi 2014.

1052178_546734035385165_1109558322_o