“Il-finali ta’ Sport Malta Awards – L-Gћazliet Sportivi Nazzjonali gћandha tkun attivita’ li tagћti ġieћ lill-isport Malti u l-isportivi Maltin. Hija wkoll serata li matulha l-Kunsill Malti gћall-iSport flimkien mal-Gћaqda Kittieba Sport se jfakkar lill-pubbliku sena impenjattiva ta’ sport li gћadda kemm intemmet.” Dan sostnieh ic-chairman tal-Kunsill Malti gћall-iSport is-Sur Bernard Vassallo waqt konferenza tal-aћbarijiet li saret f’Dar il-Mediterran gћall-Konferenzi u li matulha ġew imћabbra l-finalisti tal-Sport Malta Awards – L-Gћażliet Sportivi Nazzjonali li s-serata finali tagћhom se ssir is-Sibt 16 ta’ Jannar.

Din il-konferenza tal-aћbarijiet ġiet organizzata mill-istess Kunsill flimkien mal-Gћaqda Kittieba Sport. Il-konferenza fetћet b’introduzzjoni tas-Sur Sandro Micallef, Segretarju Ġenerali tal-Gћaqda Kittieba Sport u wara s-Sur Mario Meli, chairman tal-bord tal-gћazla tal-finalisti fi ћdan l-Gћaqda Kittieba Sport ћabbar uffiċjalment il-lista ta’ finalisti fil-kategoriji differenti. Dawn huma Team tas-Sena, Żagћżugћ tas-Sena, Uffiċjal tas-Sena, Sportiva tas-Sena u Sportiv tas-Sena. Barra dan se jiġu ppremjati wkoll atleti bi bżonnijiet speċjali li ddistingwew ruћhom fl-2009 u anki se jingћata premju gћall-attivita’ sportiva tas-sena u anki lil ġurnalist membru tal-Gћaqda gћas-servizz tiegћu matul is-snin.

Is-Sur Charles Camenzuli ta ћarsa lejn kif evolviet din l-attivita’ matul is-snin, imwaqqfa 49 sena ilu mill-kollega Benny Pace u kif din is-sena qiegћed tieћu dimensjoni ġdida wara ftehim li intlaġaq dan l-aћћar ukoll mal-Kunsill Malti gћall-iSport. Hu fakkar ukoll kif il-vot tal-ġurnalisti se jkun bġas-soltu determinanti biex jiġu ppremjati l-isportivi Maltin u kif dawn se jirċievu kopja tal-vot bil-posta fil-jiem li ġejjin. Finalment is-Sur Camenzuli rringrazzja lill-ġurnalisti sportivi Maltin li dejjem taw l-appoġġ tagћhom biex attivita’ bћal din tkun suċċess.

Is-Sur Bernard Vassallo, filwaqt li rringrazzja lill-Gћaqda Kittieba Sport tal-ћidma tagћha biex gew magћżula l-finalisti, fakkar li din is-sena wara assenza ta’ snin, is-serata finali se tixxandar diretta fuq l-istazzjon nazzjonali TVM filwaqt li se tiġi organizzata fis-Sala ta’ Dar il-Mediterran gћall-Konferenzi li zgur se tippermetti li aktar sportivi u uffiċjali jkunu jistgћu jattendu gћal din l-okkażjoni speċjali.

Ic-chairman tal-KMS ta informazzjoni wkoll dwar il-premju Sport Malta Award fejn dan se jingћata lil wieћed mill-finalisti tal-Isportiv jew Sportiva tas-sena li jtella’ l-akbar ammont ta’ voti mhux biss mill-ġurnalisti membri tal-Gћaqda Kittieba Sport, iżda anki mill-uffiċjali tal-assoċjazzjonijiet reġistrati mal-KMS, li se jkunu preżenti fis-sala u li se jivvutaw dirett waqt is-serata finali u anki permezz tal-vot tal-pubbliku li se jkun jista jsir mill-jiem li ġejjin permezz ta’ sms. Barra dan il-KMS se jagћti wkoll numru ta’ rikonoxximenti lil sportivi Maltin. Is-serata se tkun preżentata minn Keith Demicoli u Norma Saliba filwaqt li l-produzzjoni televiżiva hija f’idejn Martin Mercieca u Adrian Mizzi ta’ Unique Promotions.

Preżenti wkoll ghall-attivita’ kien hemm Kenneth Vella, Direttur fi ћdan il-Kunsill Malti gћall-iSport li wkoll huwa responsabbli fl-organizzazzjoni tal-attivita’ f’isem il-Kunsill Malti gћall-iSport.