L-GħĠS u SportMalta jħabbru l-finalisti tal-Isportivi Nazzjonali 2016

By |January 23rd, 2016|Comments Off on L-GħĠS u SportMalta jħabbru l-finalisti tal-Isportivi Nazzjonali 2016

Il-Kumitat Organizattiv ta’ Sport Malta Awards l-Għażliet Sportivi Nazzjonali ħabbar uffiċjalment il-ħames finalisti tal-edizzjoni ta’ din is-sena li se ssir nhar is-Sibt 13 ta’ Frar 2016 f’Dar il-Mediterran għall-konferenzi. Għal sena oħra l-edizzjoni ta’ din is-sena se tkun organizzata flimkien bejn SportMalta u l-Għaqda Ġurnalisti Sports. Fl-edizzjoni ta’ din is-sena, li se tkun qed tippremja l-kisbiet sportivi tas-sena 2015, se jkunu preżentati xejn inqas minn 11 il-kategorija li jinkludu: Sportiv tas-Sena, Sportiva tas-Sena, Żagħżugħa tas-Sena, Żagħżugħ tas-Sena, Tim tas-Sena, Kowċ tas-Sena, Uffiċjal tas-Sena, u l-People’s Choice Award. Jingħataw wkoll ir-rikonoxximent għall-atleta f’Għawdex u l-Avveniment tas-Sena flimkien ma’ żewġ rikonoxximenti lil Special Olympics Malta; wieħed fil-kategorija tan-nisa u l-ieħor tal-rġiel. F’Konferenza Stampa, fejn fiha ġew ippreżentati ċ-ċertifikati lis-semi finalisti kollha, kienu preżenti s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius, iċ-Ċermen tal-Kumitat Organizattiv Mark Cutajar, il-President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Charles Camenzuli u ċ-Ċermen ta’ SportMalta Luciano Busuttil. […]