News

14 05, 2018

Malta attends the 81st AIPS Congress

By |May 14th, 2018|0 Comments

The Malta Sports Journalists Association attended the Annual Congress of AIPS - the International Sports Press Association. The 81st Congress which was held in Brussels between the 8th - 9th May, included several interesting items related to the Sports Media. Some of the subjects that were discussed included the Digital Media era leading to the ongoing trend of information being disseminated through social media. The Congress approved the ongoing reforms within the AIPS Commissions and the way forward for the AIPS Young Reporters Programmes. The delegates gathered from all around the World had the opportunity to learn more about the two bids to host the 2026 FIFA World Cup presented by the Morocco Football Federation and by #United26 a joint bid put forward by the Football Associations of the United States, Mexico and Canada. Several other presentations were delivered by the Special Olympics Movement, the Olympic Channel and FIFA the [...]

14 05, 2018

Malta preżenti waqt il-81 Kungress tal-AIPS

By |May 14th, 2018|0 Comments

L-Għaqda Ġurnalisti Sports kienet preżenti għal sena oħra għall-Kungress Annwali tal-AIPS l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Media tal-Isport. Fil-81 Kungress tal-AIPS li sar fi Brussel bejn it-8 u d-9 ta' Mejju ġew diskussi diversi temi relatati mal-ħidma tal-ġurnalisti tal-Isport. Fost l-iktar temi interessanti kien hemm l-era diġitali tal-media, fosthom it-trend tal-informazzjoni online, u l-media soċjali. Fil-Kungress kien ippreżentat ukoll ir-ristrutturar li għaddej fi ħdan il-Kumissjonijiet tal-AIPS u aktar opportunitajiet ta' taħriġ għall-ġurnalisti tal-Isport Żgħażagħ permezz tal-programm AIPS Young Reporters. Fil-Kungress saru diversi preżentazzjonijiet interessanti minn diversi mistiedna fosthom mill-Federazzjoni tal-Football tal-Marokk u minn #United26 bid iffurmata mill-Federazzjonijiet tal-Football tal-Messiku, l-Kanada u l-Istati Uniti li taw dettalji dwar il-bids rispettivi tagħhom sabiex jorganizzaw l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA tas-sena 2026.  Waqt il-81 Kungress tal-AIPS saru preżentazzjonijiet oħra fosthom mill-Moviment Special Olympics, mill-Olympic Channel tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali u mill-FIFA b'dawn tal-aħħar jagħtu l-aħħar dettalji dwar l-użu tal-VAR u dwar il-faċilitajiet tal-media waqt li se jkunu disponibbli [...]

14 04, 2018

L-Għaqda Ġurnalisti Sports bi pjaċir u b’sodisfazzjon tifraħ lil Brian Galea bir-rebħ tal-Midalja tal-Bronż

By |April 14th, 2018|0 Comments

L-Għaqda Ġurnalisti Sports bi pjaċir u b’sodisfazzjon tilqa’ r-rizultat mill-isbaħ li kiseb it-tiratur Malti tat-Trap Brian Galea bir-rebħ tal-Midalja tal-Bronż fil-finali ta’ din id-dixxiplina fil-Loghob tal-Commonwealth 2018 fil-Gold Coast. Is-suċċess miksub minn Galea ma wasalx b’kumbinazzjoni iżda huwa r-riżultat ta’ sagrifċċju u taħriġ intensiv minn dan it-tiratur eżemplari Malti. Dan is-suċċess hu wkoll ir-riżultat ta’ Assoċjazzjoni organizzata bħall-MSSF li mil-limitazzjonijiet tagħha tipprova tmexxi dan l-isport fuq passi professjonali kemm tista’. Mertu wkoll lil SportMalta tal-investment kontinwu f’dan l-isport. Prosit ukoll lit-tmexxija tal-Kumitat Olimpiku Malti li qed jagħti l-għodda neċċessarja sabiex iktar atleti jitilgħu pass ‘il fuq u jitqiesu atleti elite jew professjonali u jiksbu aktar riżultati pożittivi fix-xena internazzjonali. Din hi r-raba’ midalja mirbuħa minn Malta fl-istorja f’dan il-Loghob tal-Commonwealth wara żewġ midalji tal-bronż oħra fil-passat mirbuħa fid-double trap minn William Chetcuti u l-Fidda ta’ Rebecca Madyson.

9 04, 2018

L-Għaqda Ġurnalisti Sports tifraħ lill-Kumitat Olimpiku Malti għall-ħames midalja mirbuħa fil-Logħob tal-Commonwealth

By |April 9th, 2018|0 Comments

L-Għaqda Ġurnalisti Sports tifraħ mal-komunita` sportiva kollha Maltija għar-rebħ tal-midalja tal-Bronż fl-edizzjoni tal-Logħob tal-Commonwealth 2018 permezz tat-tim Women's Four fid-dixxiplina tal-Lawn Bowls.   Il-Media Sportiva tixtieq tikkongratula ruħha mhux biss mal-erba' players nisa li rebħu l-ewwel midalja fil-Logħob tal-Commonwealth f'dan l-isport, iżda wkoll mal-Kumitat Olimpiku Malti għal dan is-suċċess. Din il-midalja ssegwi l-erba' midalji li ntrebħu fil-passat f'dan il-logħob fosthom dawk mirbuħa minn Laurie Pace fl-1990 f'Auckland New Zealand (Bronż fil-Judo), William Chetcuti fl-2002 f'Manchester u fl-2006 f'Melbourne (Bronż Double Trap) u dik ta' Rebecca Madyson fl-2006 f'Melbourne (Fidda Double Trap).   L-Għaqda Ġurnalisti Sports tawgura li fil-jiem li ġejjien sat-tmiem ta' dan il-Logħob fil-15 t'April ikun hemm iktar riżultati pożittivi bħal dak diġa' miksub minn Yazmin Zammit Stevens u forsi aktar rebħ ta' midalji.

Go to Top