L-Għaqda Ġurnalisti Sports tiltaqa’ uffiċjalment mal-kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Isport Ryan Callus
Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports kellu laqgħa uffiċjali mal-kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Isport Ryan Callus fejn ġew diskussi diversi temi li jitrattaw l-Isport f'pajjiżna. Ryan Callus filwaqt li faħħar il-ħidma tal-Għaqda Ġurnalisti Sports faħħar u awgura wkoll lill-ġurnalisti kollha li jirraportaw l-isport li jaħdmu f'din il-professjoni tant importanti sabiex titkattar aktar il-kultura sportiva f'pajjiżna. Il-Kelliem tal-Opożizzjoni emfażizza fuq l-importanza ta' Sport nadif u għamel aċċenn għall-Liġi dwar il-Korruzzjoni fl-Isport li bdiet tiġi diskussa fil-Parlament ftit tal-jiem ilu u liema dibattitu fuqha se jkompli malli jerġa' jiltaqa' l-Parlament wara l-festi tal-Għid. Ryan Callus semma li hu personali fi ħdan il-Board tal-Gvernaturi tal-Awtorita' tal-Artijiet f'isem l-Opoożizzjoni vvota favur id-deċiżjoni li l-Għaqda Ġurnalisti Sports tingħata binja fil-Belt Valletta sabiex din eventwalment tkun żviluppata f'Mużew tal-Isport. Tenna jgħid li l-isport għandu jkun mezz li jgħaqqadna bħala poplu fejn nwarrbu l-partiġġjaniżmu sabiex naħdmu flimkien għal rizultati tajbin. Sandro Micallef President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports [...]

