Home Page

2 03, 2016

Laqgħa mal-Board tad-Diretturi tal-PBS

By |March 2nd, 2016|Comments Off on Laqgħa mal-Board tad-Diretturi tal-PBS

Il-Board tad-Diretturi tal-Public Broadcasting Services immexxi miċ-Chairman Tonio Portughese iltaqa’ mas-Segretarju Parlamentari responsabbli mir-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius u mal-ogħla uffiċjali tal-SportMalta. Il-Laqgħa saret ftit jiem biss wara li ġiet organizzata edizzjoni oħra ta’ SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali liema serata kienet imxandra b’mod dirett fuq TVM2. […]

17 02, 2016

L-GħĠS fid-79 edizzjoni tal-Kungress tal-AIPS

By |February 17th, 2016|Comments Off on L-GħĠS fid-79 edizzjoni tal-Kungress tal-AIPS

F’Doha il-Qatar bejn is-7 u l-11 ta’ Frar tlaqqa d-79 Kungress tal-AIPS l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Media Sportiva, fejn ġew diskussi bosta suġġetti u ttieħdu deċiżjonijiet importanti. Il-Kungress fit-tmiem tiegħu wasal sabiex appoġġja dikjarazzjoni li kienet imressqa mill-President tal-AIPS Gianni Merlo f’isem l-Ezekuttiv. Din id-dikjarazzjoni saret fid-dawl tal-fatt tas-sitwazzjoni imwera li jinsab għaddej minnha l-isport internazzjonali. Id-dikjarazzjoni tgħid hekk: Il-Membri ġurnalisti sportivi kollha tal-AIPS għandhom: 1) Jirrifjutaw li jkunu assoċjati ma’ kull attivita’ kriminali li hi ta’ theddida għall-isport. 2) Jitolbu trasparenza u fair play mill-atleti kollha, uffiċjali u parteċipanti. 3) Jippromwovu rivoluzzjoni kulturali magħmula fuq attitudni pożittiva, talent u fair play 4) Jinkoraġixxu l-liberta’ tal-espressjoni u l-indipendenza għall-integrita’ u l-valuri tal-Isport u jiffaċilitaw il-professjoni nobbli tal-ġurnalist sportiv. […]

15 02, 2016

Messaġġ iebes mill-President fil-konfront ta’ ċertu Assoċjazzjonijiet Sportivi

By |February 15th, 2016|0 Comments

Messaġġ mill-President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Charles Camenzuli  fl-okkażjoni tas-Serata Finali tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali: Kollegi fl-Isport, Is-sena 2015 kienet waħda importanti għall-isport Malta u wisq aktar għall-media tal-isport. Kienet sena li matulha atleti u ufficjali Maltin kejjlu l-kapaċitajiet tagħhom fuq livell internazzjonali  bosta minnhom wkoll b’ suċċess . Parteċipazzjoni u suċċess li iżda jkabbru r-responsabilta’ li l-istess atleti għandhom lejn l-assoċjazzjoni rispettiva tagħhom u lejn il-pubbliku sportiv Malti. Meta jasal is-suċċess il-pubbliku sportiv bir-raġun jibqa’ jippretendi aktar. Huwa f’dan il-mument li l-media tal-isport trid tagħraf tħoss il-polz tal-pubbliku. Wasal iż-żmien li nibdew nidentifikaw u nikklassifikaw liema huma dawk ir-riżultati u kompetizzjonijiet li jkun jixirqilhom attenzjoni. L-istess assoċjazzjonijiet għandhom wkoll jimmaturaw. Ma jistax ikun illi wieħed jippretendi rikonoxximent ta’ kull riżultat li għax miksub barra pajjiżna jsir elogju żejjed u meta wieħed iwettaq riċerka jsib li l-kompetizzjoni kienet ta’ livell inferjuri . […]

14 02, 2016

Issir iċ-ċerimonja tal-iSportMalta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali

By |February 14th, 2016|0 Comments

Issir iċ-ċerimonja tal-iSportMalta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali Il-Waterpolo jispikka fil-55 edizzjoni F’serata mill-isbaħ f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi ttellat edizzjoni oħra tal-IsportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali. Is-serata li xxandret b’mod dirett fuq TVM2 ippremjat il-kisbiet sportivi tas-sena 2015. B’kollox ġew ippreżentati xejn inqas minn 12 -il kategorija. […]

Go to Top