L-Għaqda Ġurnalisti Sport issellem lil Benny Pace
Malli tħabbret il-mewt tal-ġurnalist veteran Benny Pace l-Għaqda Ġurnalisti Sport Malta u l-membri affiljati magħha ingħaqdu mal-familja sportiva Maltija sabiex isellmu lill-persuna li mhux biss kien strumentali fl-iżvilupp tal-ġurnalizmu f’pajjiżna iżda wkoll għal snin twal kien wieħed mill-amministraturi ewlenin tal-iSport Malti. Benny Pace miet il-Ħamis 25 ta’ Frar fl-għomor ta’ 74 sena. Apparti li sa ftit tax-xhur ilu kien membru attiv fi ħdan l-Għaqda tal-Ġurnalisti Sport (qabel bl-isem -Għaqda Kittieba Sports) kien ukoll il-bniedem li fl-1960 ħoloq l-Għażliet Sportivi Nazzjonali . Filfatt dawn l-Għażliet oriġinaw meta s-Sur Pace kien jokkupa l-kariga ta’ Editur mal-gurnal Sporting Star. Hu kien ukoll gurnalist sportiv ma’ diversi gurnali lokali fejn wara li fl-1957 beda s-Soccer Magazine okkopa l-karigi wkoll ta’ Editur mal-ġurnal in-Nazzjon Tagħna bejn is-sena 1970 – 1982, il-Mument 1972 -1982 u l-Poplu mill-1955 – 1973. Fl-aħħar snin kien ukoll kontributur ma’ diversi ġurnali lokali fosthom il-ġurnal l-Orizzont. Benny Pace jibqa` mfakkar ukoll [...]
