Stqarrija għall-Istampa – 17 ta’ Mejju 2013
L-Għaqda Ġurnalisti Sports tawgura lill-President tal-KOM Il-Kumitat Ezekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports jixtieq jifraħ lill-President il-ġdid tal-Kumitat Olimpiku Malti, is-Sur Julian Pace Bonello hekk kif ħie maħtur fil-kariga l-ġdida tiegħu. L-Għaqda Ġurnalisti Sports tinsab konvinta li bil-kapaċitajiet tas-Sur Pace Bonello il-Kumitat Olimpiku Malti se jibqa' għaddej bil-ħidma tiegħu għal ġid tal-iSport f'Malta u jimbarka sabiex jintlaħqu tragwardi ġodda. L-Għaqda tinnota b'sodisfazzjon il-ħatra ta' Pace Bonello bħala President iktar u iktar minħabba li dan kien jokkupa l-kariga ta' Viċi President għal dawn l-aħħar snin u għalhekk se jkun hemm kontinwita' assigurata li se tkompli fuq il-ħidma tal-amministrazzjon preċedenti. Awguri wkoll liċ-Chairman il-ġdid tal-KMS L-Għaqda Ġurnalisti Sports tawgura u tifraħ ukoll liċ-Chairman il-ġdid tal-Kunsill Malti għall-iSport li għadu kif ġie maħtur mill-Gvern, is-Sur Jonathan Barbara. L-Ezekuttiv tal-GħĠS jinnota b'sodisfazzjon lil l-Bord tad-Diretturi tal-KMS ilġdid għandu taħlita ta' elementi ta' individwi li ġejjin minn backgrouns differenti, fosthom amminsitrattivi u kummerċjali li imħalta ma' individwi [...]