L-Għaqda Ġurnalisti Sport (GħĠS) bi pjaċir tħabbar kollaborazzjoni ġdida mal-eie European Business School bil-għan li tippromwovi opportunitajiet edukattivi għal professjonisti aspiranti fil-komunità sportiva.

Bħala parti minn dan il-ftehim, l-eie European Business School se tagħti borża ta’ studju sħiħa fis-sena għat-tliet snin li ġejjin, li tippermetti lill-individwi nominati mill-GħĠS sabiex isegwu d-Diploma tal-Ewwel Grad fl-Amministrazzjoni tan-Negozju (MQF Livell 5; 60 ECTS) kompletament mingħajr ħlas.

Din l-inizjattiva tirrifletti l-impenn qawwi u kondiviż għall-iżvilupp personali, l-avvanz edukattiv, u t-tkabbir professjonali ta’ individwi involuti fis-settur sportiv. Tenfasizza wkoll il-missjoni kontinwa tal-eie li trawwem l-eċċellenza akkademika u tgħammar lill-istudenti bl-għarfien u l-ħiliet meħtieġa biex jirnexxu fid-dinja tan-negozju tal-lum li qed tevolvi b’rata mgħaġġla.

Il-ftehim ġie ffirmat uffiċjalment waqt laqgħa bejn il-President tal-MSJA Dr Antvin Monseigneur u s-Segretarju Ġenerali tal-MSJA s-Sinjura Joanna Camilleri flimkien mall-Kap Eżekuttiv tal-eie Dr Antonello Cappitta. Dan il-ftehim jimmarka pass importanti fit-titjib tal-aċċess għall-edukazzjoni għolja għall-atleti żgħażagħ u l-professjonisti fl-isport sabiex jinbnew sisien sodi fl-amministrazzjoni tan-negozju.

Ritratt: Il-President tal-GħĠS Dr Antvin Monseigneur, is-CEO tal-eie European Business School Dr Antonello Cappitta u s-Segretarju Ġenerali s-Sa Joanna Camilleri.