27994316-e621-46e0-bf6f-0877189752a6It-team magħmul mill-Istaff tal-MFA rebaħ l-edizzjoni ta’ din is-Sena tat-Tournament tradizzjonali ta’ Boxing Day li ilu jkun orgnizzat għal snin twal mill-Għaqda Ġurnalisti Sports.

It-Tournament kwadrangolari żvolġa f’wieħed interessanti hekk kif fl-ewwel logħba t-team tal-ġurnalisti tal-isport rebaħ lit-team tar-referees 1-0 u fil-logħba l-oħra it-team tal-istaff tal-MFA rebaħ lit-team tal-kowċis.

It-team tal-MFA rebaħ ukoll l-aħħar żewġ logħbiet tiegħu kontra t-teamijiet tal-Għaqda Ġurnalisti Sports u kontra l-Malta Football Referees Association biex eventwalment rebaħ hu l-edizzjoni ta’ din is-sena wara diversi snin ta’ dominanza mit-team tal-Malta Football Coaches Association.

Fi tmiem it-Tournament il-President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Charles Camenzuli ippreżenta x-Shield lil-captain tat-team tal-Istaff tal-MFA Silvio Vella.

Dawk li lagħbu u li kienu preżenti għamlu ġabra b’risq id-Dar tal-Providenza fejn inġabret is-somma ta’ elf ewro li mistennija tiġi ppreżentat fil-ġbir li ta’ kull sena jsir ghall-istess dar nhar l-ewwel tas-sena.