Għat-tieni darba fi ftit snin l-Għaqda Ġurnalisti Sports permezz tal-kollaborazzjoni tal-Fundazzjoni Tumas Fenech għall-Edukazzjoni fil-Ġurnaliżmu, se tkun qed torganizza Seminar dwar il-ġurnaliżmu Sportiv.

Dan is-seminar se jsir bejn l-Erbgħa 31 ta’ Awwisu u l-Ħamis 1 ta’ Settembru 2011 mill-5.15 ‘il quddiem. Din l-attivita’ se ssir ġewwa l-Lukanda Hilton Malta f’San Ġiljan u se jkun seminar għall-kollox differenti minn dak li sar xi snin ilu għaliex se jkun seminar kompost minn diversi lecturers b’esperjenza diretta jew indiretta tal-iSports.

F’Konferenza Stampa li saret iktar kmieni illum ingħataw dettalji dwar din l-inizjattiva ta’organizazzjoni ta’ seminar ta’ din il-kwalita’

Is-Seminar li se jkun miftuħ għall-ġurnalisti sportivi kollha anke dawk li mhumiex membri tal-Għaqda Ġurnalisti Sports. Se jkun hemm ukoll il-parteċipazzjoni tal-Istitut tal-Ġurnaliżlu Malti kif ukoll tal-FTFEG li se jkunu osservaturi waqt is-seminar.

Il-Kors se jiġi dikjarat miftuħ mill-Eċċellenza Tiegħu l-President Emeritus Dr.Ugo Mifsud Bonnici nhar l-Erbgħa 31ta’ Awwissu fil-5.15 p.m. Wara isir indirizz mill-President u s-Segretarju Ġenerali tal-Għ.Ġ.Sbiex eventwalment ikun imiss l-ewwel kelliema uffiċjali tal-ewwel ġurnata.

Fost il-kelliema ta’ dan is-seminar fuq jumejn se jkun hemm is-Sur.Sur Pierre Cassar Kap Eżekuttiv tal-Awtorita’ tax-Xandir ta’ Malta u ex Ġurnalist Sportiv, is-Sur Mario Schiavone membru IĠM, Dr.Peter Fenech Avukat u ex Viċi President MFA, is-Sinjuri  Olvin Vella u Keith Attard mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti , u żewġ gurnalisti taljani.

Dawn se jkunu is-Sur Italo Cucci ġurnalist sportiv u kummentatur u opinjonista kontroversjali ta’ RAI Sports, u l-ġurnalist u kummentatur ta’ partiti live tas-Serie A fl-Italia is-Sur Massimo Tecca ta’ SKY Sports. (Ara r-ritratti annesi)

Il-ko-ordinazzjoni tas-seminar se tkun f’idejn l-ET Tony DeBono (Segretarju Federazzjoni Tumas Fenech għall-Edukazzjoni fil-Ġurnaliżmu, kif ukoll ta’ Charles Camenzuli u Sandro Micallef (President u Segretarju Ġenerali rispettivament tal-Għaqda Ġurnalisti Sports)