Ghaddew 50 sena minn meta l-ex kollega Benny Pace twebbel li bis-sahha tal-gurnal tieghu ‘The Sporting Star’ johloq l-Isportivi tas-Sena. Dak iz-zmien kienet biss ghazla popolari bil-qarrejja li jkunu huma li jaraw min kien haqqu jirbah l-oghla unur tal-isport f’pajjizna.

Mill-gurnata li Wilfred Pirotta rebah l-ewwel edizzjoni, dawn l-Ghazliet zviluppaw b’mod li mir-rwol li dejjem kienet fih l-Ghaqda Gurnalisti Sports jew kif kienet maghrufa sa sena ilu bhala l-Ghaqda Kittieba Sports, ghat-tieni sena konsekuttiva b’mod dirett dawn l-Ghazliet f’kollaborazzjoni mal-Kunsill Malti ghall-Isport dahlu fil-qafas ta’ SportMalta Awards .

U jekk din il-manifestazzjoni ta’ sport matul dawn il-50 sena tfasslet fuq il-mod kif il-media tal-isport f’pajjizna immaturat u zvilippat, wiehed ma jistax ma jghamilx enfazi ghal fatt li sehem kbir f’dan l-izvilupp b’xi mod huwa wkoll dovut ghar-rwol tal-Ghaqda Gurnalisti Sports. Huwa rwol illi mill-1970 l-Ghaqda rat u fl-istess waqt hadmet fil-qrib ma kull min bl-aktar mod genwin kellu u ghandu ghal qalbu l-isport f’pajjizna.

Dan kollu jpoggi l-edizzjoni 2010 ta’ Sport Malta Awards – Ghazliet Sportivi Nazzjonali f’ perspettiva unika b’ghan wiehed illi kull min b’xi mod iddistingwa ruhu fix-xena tal-isport Malti jkun ippremjat.

Ippremjat ghar-rizultat miksub, ghal wirjiet li twettqu izda wkoll ghar-rwol ezemplari ta’ kull wiehed f’did-dinja ta’ sport taghna li zghira kemm hi zghira bosta drabi naraw kif bit-tfettieq zejjed kapaci ntappnu t-tajjeb li jkun sehh. Jekk wiehed jghamel wkoll analizi tad-dixxiplini sportivi li sabu post fil-fazi finali wiehed forsi japprezza aktar kemm il-firxa tal-isport f’pajjizna m’ghadhiex biss imfassla fuq numru limitat ta’ dixxiplini kif kien fil-passat ricenti.

U f’mument meta manifestazzjoni bhal din ghandha tkun celebrazzjoni tal-isport ma nistax ma nifrahx mhux biss lir-rebbieha izda lil dawk kollha illi matul l-2010 ghamlu hilithom kollha biex jirnexxu fl-isport li jhobbu u li b’tant sforzi ppruvaw jghatu sodisfazzjon u fuq kollox ikattru kultura ta’ sport mibnija fuq sagrificcju,u integrita’ .
Charles Camenzuli

President Ghaqda Gurnalisti Sports