Jonqos gurnata biex tithabbar il-lista ta’ finalisti fil-45 Edizzjoni tal-Ghazliet Sportivi Nazzjonali. Inkun qed nigdeb jekk nghid li bhala President tal-Ghaqda Kittieba Sports ma nafx min huma l-finalisti. Bla dubju li dawk li ghaddew ghal final tat-28 ta’ Jannar mhux biss huma konferma tar-rizultati li kisbu u wirjiet li wettqu matul l-2005 izda huma wkoll xhieda kemm forsi l-mod kif dawn l-Ghazliet bdew isiru mis-sena 2000 huwa l-aktar wiehed gust. Ili marbut mal-organizazzjoni ta’ dawn l-Ghazliet mill-Edizzjoni tal-1981. Minn dakinhar is-sistema inbidlet bil-bosta. Spicca z-zmien li min jivvota juri n-numru bil-paletta, jew li n-nominazzjonijiet isiru mill-ghaqdiet nazzjonali.

U jekk f’pajjizna huma bosta dawk l-attivitajiet li mietu wahidhom il-fatt illi l-Ghazliet Sportivi Nazzjonali ilhom mill-1960 huwa xhieda li bil-problemi, kontroversja u dibattitu li kapaci joholqu, il-pubbliku sportiv Malti minn sena ghal ohra jhares lejhom b’interess u

Huma Ghazliet li nibdtu minn idea tal-kollega Benny Pace li mill-ewwel Edizzjoni fl-1960 ghamel dak kollu possibbli biex l-Isportivi Nazzjonali jibqghu l-qofol ta’sena ta’ sport.

Mill-bidu difficli ttimbrat ‘ The Sporting Star ’ ghat-twelid tal-Ghaqda Kittieba Sports li fl-1970 bdiet hi wkoll torganizza l-Isportiv tas-Sena. U filwaqt li ghal xi snin f’dan ic-cokon ta’ pajjiz kienu jsiru zewg Ghazliet, f’nofs is-snin ‘70 bdiet issir Ghazla wahda.

U dak li twebbel bih Benny Pace fl-1960 tkompla u zviluppa.

Zviluppa b’mod li l-organizazzjoni taghhom kibret bil-bosta fejn mas-sehem kbir finanzjarju u materjali li ghal aktar minn 20 sena taw Central Cigarettes Co.Ltd. fl-ahhar snin bi ftehim mal-Kumitat Olimpiku Malti, kien gie deciz li tkun l-Ghaqda Kittieba Sports wahidha illi torganizza l-Ghazliet Sportivi Nazzjonali.

 

Kull zvilupp izda jgib mieghu wkoll responsabilta’. U l-gurnalist li bosta drabi jippoppa sidru li jifhem hafna, mis-sena 2000 inghata d-dritt li jkun hu li jghazel min jixraq li jgorr l-unur tal-ahjar atleta, team jew ufficjal f’pajjizna. Bhalma dejjem isehh kull rizultat huwa soggett ghal analizi. Kull analizi tista’ thalli rizultat pozittiv li juri maturita’ izda kapaci wkoll tghati rizultat li juri li mhux bilfors min zamm id-dritt tal-vot huwa intiz ghal kollox f’dak li jkun sehh fi hdan aktar minn 40 ghaqda nazzjonali tal-isport f’pajjizna.

 

Forsi mhux lok li bl-iskuza ta’ dan l-Editorjal nigbed l-attenzjoni tal-kollegi biex juru aktar maturita’. Madankollu bhala bniedem li ghal aktar minn 30 sena ghext dak li l-isport Malti kapaci joffri , nittama illi min ghandu d-dritt tal-vot jifhem li sehemu mhux biss dak bejn il-15 u s-26 ta’ Jannar izda matul is-sena kollha. Jekk kull wiehed isegwi mill-vicin dak li kull atleta, ufficjal jew team ikun wettaq, dak inhar tal-vot l-anqas biss ikun hemm lok li wiehed jifli l-profili ta’dawk fil-finali.

Biex minn din l-Edizzjoni l-vot finali jkun aktar gust, parti mir-responsabilta’ ser tkun fuq l-edituri tal-isport u ko-ordinaturi ta’ programmi li dawn bejniethom ser ikollhom 25% tal-vot finali .Rwol li jista jghati kemm indikazzjoni ta’ qbil mal-bqija tal-gurnalisti kif wkoll jista’ jghati indikazzjoni opposta.

Minn din l-edizzjoni nkunu nafu.

Nghid li mhux kulhadd jaf li l-gurnalisti membri tal-GhKS huma wkoll marbuta b’Kodici ta’ Etika. Il-kritika lejn il-media tista’ tkun gusta daqs kemm tista’ tkun ingusta. Daqstant iehor nghid ghal mod kif bosta ghaqdiet nazzjonali tal-isport jahdmu meta naslu ghall-votazzjoni finali tal-Ghazliet Sportivi Nazzjonali. Hemm bzonn li bosta ghaqdiet tal-isport juru maturita’ fil-mentalita’ li jharsu lejn dawn l-Ghazliet.

Il-kuntatt li hafna minnhom jghamlu fl-ghatx ghall-vot bosta drabi jmiss il-limitu tal-illectu. Dan irid jispicca u bhala President tal-GhKS ma neskludix li jekk dan isehh jistghu jittiehu passi ma min iwettqu.

 

Is-sena ta’ sport 2005 kienet bla dubju wahda mill-aktar pozittivi .

Dawk il-finalisti li jithabbru ghada huma xhieda ta’ dan.

Minnhom fit-28 ta’ Jannar ikunu maghrufa ir-rebbieha fil-5 kategoriji ufficjali. J’Alla fuq kollox tirbah il-maturita’ . In-nota li ntbghatet lil kull gurnalist membru mal-vot tal-Ghazla tigbor fiha dan kollu.

 

Bl-isbah xewqat,

Charles Camenzuli