Giusy Versace mistiedna ta’ eċċelenza fit-58 Edizzjoni tal-Isport Malta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali

/, Home Page, Scroller News, Sport Malta Awards - Għażliet Sportivi Nazzjonali/Giusy Versace mistiedna ta’ eċċelenza fit-58 Edizzjoni tal-Isport Malta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali

Giusy Versace mistiedna ta’ eċċelenza fit-58 Edizzjoni tal-Isport Malta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali

L-Għaqda Ġurnalisti Sports bi pjaċir tħabbar li l-atleta paralimpika GIUSY VERSACE ser tkun il-mistiedna specjali fit-58 Edizzjoni tal-Isport Malta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali. Versace se tkun se tinġieb Malta bl-għajuna ta’ SportMalta.

Giusy Versace se tkun il-personalita’ ta’ din is-sena fl-attivita’ li se tkun qed tippremja l-kisbiet tal-atleti u uffiċjali Maltin għal kisbiet tagħhom matul is-sena 2017.

L-IsportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali se jsiru nhar is-Sibt 17 ta’ Frar u s-serata se tixxandar diretta fuq TVM2

CV ta’ Giusy Versace

It-28 ta’ Awissu 2005 kienet il-ġurnata li biddlet ħajjet Giusy Versace meta dakinhar f’inċident tat-traffiku tilfet riġlejha t-tnejn.

Sentejn wara l-inċident iżda reġgħet bdiet issuq filwaqt li fl-2011 waqqfet l-assoċjazzjoni ‘ Disabili No Limits’ f’mument meta bdiet karriera fl-atletika tant li fl-2011 fi Spanja għamlet il-100 metru fi 15.50 sekondi izda minkejja dan ma kienx biżżejjed biex tikkwalifika għal Parolimpijadi ta’ Londra fl-2012.

Fl-2014 għamlet il-100 metru f’ħin record ta’ 14.44 sekondi u l-200 metru f’27.95 sekondi filwaqt li ddebuttat wkoll fl-400 metru b’ 1 minuta 4.21 sekondi.

Fl-2015 ħadet sehem fil-Kampjonati tad-Dinja fil-Qatar fejn spiċċat fit-tmien post fil-finali tal-200 metru bi 28.77 sekondi.

Fl’2016 minkejja li kienet membru ta’ Fiamme Azzurre affiljat ma’ Atletika Vigevano fejn fi Stadio Dante Merlo, mal-kowċ tagħha Andrea Giannini ppreparat bis-sħiħ għal-Kampjonat tal-Ewropa fejn kisbet il-medalja tal-fidda fil-200 metru bi 28.07 sekondi u rebħet il-bronż fl-400 metru f’1 minuta 5.31 sekondi. B’dawn ir-riżultati kkwalifikat għall-Olimpijadi ta’ Rio fejn fil-finali tal-200 metru temmet fit-tmien post fi 28.90 sekondi.

Bħala personalita’ fit-televiżjoni, rebħet Ballando con le Stelle flimkien ma’ Raimondo Todaro u fl-2015 ippreżentat fuq Rai1 – La Domenica Sportiva flimkien ma’ Alessandro Antinelli

Filmat: https://www.youtube.com/watch?v=kU6X4QgZGhk

About the Author:

Leave A Comment