Il-Ministru għal Għawdex f’laqgħa mal-Għaqda Ġurnalisti Sports
F’laqgħa li saret fil-Ministeru għal Għawdex, il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana ltaqgħet mal-eżekuttiv il-ġdid li għadu kif ġie elett tal-Għaqda Ġurnalisti Sports. Il-Ministru Caruana bdiet l-indirizz tagħha billi ferħet lill-President il-ġdid tal-Għaqda Sandro Micallef, li ġie maħtur bħala r-raba’ President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports wara li Charles Camenzuli ħalla dan il-post li kien ilu jokkupa għal dawn l-aħħar erbatax-il sena, dan wara li ġie elett President tal-AIPS Europe u Viċi President tal-AIPS. Fost it-temi diskussi waqt din iż-żjara kien hemm dik li Għawdex jiġi rreklamat bħala destinazzjoni turistika sportiva, kemm għall-assoċjazzjonijiet lokali kif ukoll dawk internazjonali. Hawnhekk il-Ministru Caruana enfasizzat l-impenn assolut tal-Ministeru għal Għawdex sabiex Għawdex ikun irreklamat fuq sfera internazzjonali sabiex din in-niċċa, li għandha potenzjal li tiżviluppa, tkompli tespandi. […]