L-MFA tibqa’ siekta wara l-inċident li kien involut fih ġurnalist

By |2018-01-12T12:26:30+02:00May 8th, 2017|Carousel News, Home Page, News, Scroller News, Top News|0 Comments

Stqarrija għall-Istampa illum 8 ta’ Mejju 2017    L-Għaqda Ġurnalisti Sports turi d-diżaprovazzjoni tagħha għal-fatt li wara tlett ijiem mill-inċident li fih kien involut ġurnalist tal-iSport, l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Football baqgħet siekta dwar dan il-każ u l-anqas biss ħarġet stqarrija ta’ kundanna u solidarjeta’ ma’ dan il-ġurnalist li jirraporta regolarment il-kompetizzjonijiet tal-MFA.   L-Inċident seħħ nhar il-Ġimgħa fil-Hiberbians Stadium, meta membru tal-kumitat ta’ Birkirkara FC intimida u hedded lil dan il-ġurnalist. Il-każ qed ikun investigat mill-Pulizija. […]